MaltaRightNow.com sezzjoni: sport
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Sport Ieħor

Isner eliminat minn Sydney u tikber il-lista ta’ dawk li jirtiraw


9 ta' Jannar, 2013  18:26 CET

Is-seed nru 1, l-Amerikan John Isner, kien eliminat minn Sydney International mill-komptrijiott Ryan Harrison  imma almenu ħareġ fuq il-court f’jum fejn komplew jirtiraw aktar plejers minħabba injuries u dan kompla jħarbat it-turnaments ta’ preparazzjoni għall-Open tal-Awstralja.
 
Gilles Simon, seed nru 2 irtira aktar qabel il-logħba mal-aħħar 16 f’Sydney b’injury f’għonqu waqt li Kei Nishikori u n-numru 9 Janko Tipsarevic saru t-tieni u t-tielet plejer li rtiraw mill-Kooyong Classic li fih jieħdu sehem tmien plejers irġiel. In-numru 13 fid-dinja Isner sofra minn selħa f’siequ l-leminija li temmet il-parteċipazzjoni tiegħu fit-Tazza Hopman il-ġimgħa l-oħra b’telfa 6-4, 6-4 kontra Harris u ħallietu jikkontempla jekk jirtirax ukoll mill-Open tal-Awstralja.
 
“Qed inħossni aħjar. Ħafna aħjar milli ħsibt imma xorta m’inix mija fil-mija. Għadni ma nafx, irrid nieħu deċiżjoni dalwaqt. Forsi nista’ nirbaħ logħba jew tnejn imma f’dan l-istadju ma narax lili nnifsi nirbaħ it-turnament kollu, żgur.” L-Awstraljan Bernard Tomic ikkonferma li reġa’ sab il-forma meta wera service ferm aħjar u rebaħ 7-6, 6-2 lis-seed nru 5 Fliorian Meyer.
 
Is-seed nru 4 ta’ Sydney, Fernando Verdasco wkoll ħareġ tellief 6-3, 6-3 kontra Denis Istomin waqt li s-seed nru 6 Radek Stepanek irtira mweġġa’ wara erba’ punti mil-logħba tiegħu.
 
L-irtirar tiegħu isegwi dawk tal-Franċiżi l-oħra Jo-Wilfried Tsonga u Richard Gasquet li rtiraw minħabba injury  fil-hamstring u għal ‘raġunijiet personali’ rispettivament. L-eks Champion tal-US Open Juan Martin Del Potro, li jaf tajjeb xi jfisser li tibda s-sena b’injury, beda l-2013 f’Kooyong b’rebħa 6-4, 3-6, 7-6 fuq Paul-Henri Mathieu.
 
Il-Ġappuniż Nishikori, numru 18 fid-dinja kien sfurzart jirtira bi problemi f’irkopptu waqt li Tipsarevic, rebbieħ f’Chennai il-ġimgħa l-oħra kien set minn  taħt kontra Marco Baghdatis meta rtira bi problemi fil-polz. Aħbarijiet pożittivi waslu mit-temp f’Sydney b’temperaturi ta’ madwar 25 grad Celsius fiċ-Ċentru Olimpiku tat-Tennis kontra l-40 grad li kien hemm jum qabel.
 
Is-seed nru 1 Agnieszka Radwanska b’ton ċajtier qalet li kienet qed tħossha ‘iffriżata’ meta mqabbel mat-temperatura li kien hemm fil-logħba mill-aħħar 16 tagħha kontra t-Taljana Roberta Vinci fejn rebħet 6-4,7-5. Il-Pollakka li hi n-nru 4 fid-dinja u finalista telliefa f’Wimbledon is-sena l-oħra, issa rebħet seba’ partiti konsekuttivi sa mill-bidu tas-sena wara s-suċċess f’Auckland il-ġimgħa l-oħra.

Bookmark Print page Email page
Isner eliminat minn Sydney u tikber il-lista ta’ dawk li jirtiraw
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Medalja tad-deheb oħra għal Lee Xuereb
Murray jirtira mill-Open ta’ Franza
Pedrosa lura fil-quċċata b’rebħa fi Franza
Oxbow jirbaħ il-Preakness Stakes
Santambrogio jirbaħ l-14-il tappa
Punti ewlenin
14:48 Eddie Fenech Adami jaqleb għall-aħjar
13:27 Tnejn jiddaħħlu l-Isptar wara ħabta bejn l-Imrieħel u Ħal Qormi
11:53 Il-Gvern qed jagħżel li jidħol fl-Excessive Deficit Procedure?
14:18 Għada l-elezzjonijiet tal-Viċi kapijiet ġodda tal-PN
iktar aħbarijiet
15:05 Distributuri tal-gass mixlijin li iffrodaw lill-Gasco
15:05 Barrani mfittex fuq pedofelija jibqa’ miżmum taħt arrest
14:48 Eddie Fenech Adami jaqleb għall-aħjar
14:18 Għada l-elezzjonijiet tal-Viċi kapijiet ġodda tal-PN
13:27 Tnejn jiddaħħlu l-Isptar wara ħabta bejn l-Imrieħel u Ħal Qormi
12:28 Vittmi t'abbużi sesswali minn patrijiet jagħmlu talba għall-kumpens
11:53 Il-Gvern qed jagħżel li jidħol fl-Excessive Deficit Procedure?
20:21 Irridu naħdmu fl-interess tal-ħaddiema u l-familji tagħna
20:19 Laqgħat kontinwi biex il-poplu jiftaħ qalbu
19:52 Jgħajjar lill-Mexxejja bħala 'inkompetenti'
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.