MaltaRightNow.com sezzjoni: Għawdex
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Għawdex

Suċċess kbir għaċ-ċelebrazzjoni tal-ewwel tas-sena fir-Rabat, Għawdex


3 ta' Jannar, 2013  15:38 CET

F'dawn l-aħħar snin il-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex organizza attività lejlet l-ewwel tas-sena bis-sehem ta' artisti rinomati.

L-attività, sena wara l-oħra, kienet suċċess, u tmiem is-sena 2012 ma kinitx xi eċċezzjoni.

Fil-fatt, anke din is-sena, propju fis-sigħat li matulhom ingħatat merħba lis-sena 2013, l-attivitajiet fir-Rabat Għawdex kienu suċċess bħalma kienu dawk li ġew organizzati fil-Belt Valletta u fil-Furjana fejn għal sena oħra ttella' spettaklu biż-żewġ kunsilli hadmu flimkien sabiex jorganizzaw iċ-ċelebrazzjonijiet.

F'Għawdex, il-pubbliku seta' jiċċelebra  lejlet l-ewwel tas-sena grazzi għall-attività "2013 New Year's Eve in the City" organizzata mill-Kunsill Lokali tar-Rabat. Bl-attrazzjonijiet prinċipali jkunu fi Pjazza Indipendenza u Pjazza San Gorg bis-sehem ta' diversi bands kif ukoll spettaklu tan-nar. 

Samuel Azzopardi, is-sindku tar-Rabat, spjega wkoll kif għalkemm għadna nibdew sena ġdida xorta waħda l-Kunsill Lokali tar-Rabat Għawdex għandu l-ħsieb li, fl-aħħar ta' din is-sena, tigi organizzata attività simili li għaliha jattendu mhux biss l-Għawdxin imma anke l-Maltin li jagħżlu li jaqsmu lejn Għawdex, kif ukoll it-turisti li jżuru pajjiżna matul iż-żminijiet tal-Milied u lejlet l-ewwel tas-sena.

Is-Sindku tar-Rabat Għawdex temm jgħid li is-suċċess tal-attività ma kienx biss mil-lat ta' attendenza imma wkoll mill-aspett kummerċjali.

Bookmark Print page Email page
Suċċess kbir għaċ-ċelebrazzjoni tal-ewwel tas-sena fir-Rabat, Għawdex
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Kampanja u proġetti relatati man-National Nitrates Action Plan
Tfal mill-parroċċi ta' Għawdex jirċievu l-Griżma tal-Isqof minn idejn ħames Isqfijiet
Jinġabru €5,000 wara mixja u car wash f’Għawdex b’risq Puttinu Cares
Studenti Għawdxin itellgħu 'play' b'risq Puttinu Cares
Konfużjoni dwar iċ-Ċentru tas-Saħħa f’Għawdex
Punti ewlenin
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
iktar aħbarijiet
15:23 Eżerċizzju fiżiku bl-ispinning bikes f'Tas-Sliema
14:42 Proċess ta' konsultazzjoni biex titfassal Strateġija Nazzjonali dwar il-'Litteriżmu għal Kulħadd'
13:47 'Belt Żgħira, Ambizzjoni Kbira'
13:10 Ftit siegħat oħra Gianluca jirrappreżenta lil Malta fil-Finali
12:19 Il-belt kulturali tal-Ewropa 2018 - ċertifikat ta’ ġieħ għall-ħidma tal-PN
11:43 Illum l-elezzjonijiet kmieni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista
11:24 Tnejn iweġġgħu f'ħabta bejn SUV u bendy bus
11:14 Iktar każi ta' mediċini out-of-stock
11:12 Jitħabbru l-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport
10:33 Il-funeral ta' Elias Afif Chmouni se jsir għada l-Ħadd fil-Libanu
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.