MaltaRightNow.com sezzjoni: Għawdex
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Għawdex

Screen and Stage Classics fil-festa ta’ San Ġwann Bosco


9 ta' Jannar, 2013  22:13 CET

"Screen and Stage Classics" se jkun il-kunċert annwali tal-il-‘Gozo Youth Wind Band’ fi ħdan il-‘Gozo Youth Wind Band & Orchestra’. Bħalissa qed isiru l-aħħar thejjijiet tal-kunċert li se jsir fi tmiem il-festa ta’ San Ġwann Bosco li ssir fil-Victoria l-Ħadd 27 ta’ Jannar fis-7.30pm fuq il-palk tat-teatru tal-Oratorju Don Bosco. Il-programm ta’ dis-sena se  jinkludi fost l-oħrajn xogħlijiet bħal March of the Olympians, siltiet mill-Musicals Wicked u Chitty Chitty Bang Bang, l-Egmont Overture ta’ Beethoven, Gone with the Wind, temi minn Night on the Bald Mountian, kif ukoll silta interessanti mill-Mikado. Bla dubju l-Gozo Youth Wind Band dejjem taħt id-direzzjoni u Fundatur tagħha Mro Joseph Grech għal darba oħra qed tagħmel l-almu kollu tagħha biex waqt li tintroduċi arranġamenti ġodda fix-xena lokali mużikali, tiddeverti lil dawk kollha li jmorru jisimgħuha.

Bħal Youth Orchestra, anke l-Gozo Youth Wind Band tikkonsisti f’madwar ħamsin element mużikali żagħżugħ li lkoll tgħallmu l-mużika; dawn imbagħad jiltaqgħu b’mod regulari biex iħejju għall-għadd ta’ kunċerti li huma jagħtu matul is-sena. Il-kumpless kollu issa ilu ħdax-il sena li twaqqaf.  Ta’ min ifakkar li l-‘Gozo Youth Orchestra’ iktar tard din is-sena, flimkien ma’ Mużiċisti żgħażagħ minn orkestra Ġermaniża, se jerġgħu jippreżentaw fil-bitħa tal-Ministeru għal Għawdex l-ispettaklu mużikali Opera vs Pop Under the Stars it-Tnejn 29 ta’ Lulju 2013 fis-7.30pm. 

Bookmark Print page Email page
Screen and Stage Classics fil-festa ta’ San Ġwann Bosco
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
L-Aqwa Talent Malti għas-6 Edizzjoni ta’ Leone Goes Pop f’Għawdex
Il-kumpanija Ċiniża dwar il-pont bejn Malta u Għawdex fuq black list tal-Bank Dinji
Jingħata l-premju Qalb tad-Deheb fid-Djoċesi t'Għawdex
Bosta attivitajiet biex jitfakkar il-125 anniversarju mit-twaqqif tal-Belt Victoria
125 sena Belt Victoria
Punti ewlenin
18:14 Raġel jitlef ħajtu wara li ttajjar fil-Qbajjar
16:35 Raġel fil-periklu tal-mewt wara splużjoni ta' kamra tan-nar f'Ħaż-Żebbuġ
20:56 Imniedi l-video "It Gets Better"
21:20 Theddida għall-awtonomija tal-OHSA b'membru parlamentari fil-Bord
iktar aħbarijiet
21:20 Theddida għall-awtonomija tal-OHSA b'membru parlamentari fil-Bord
20:56 Imniedi l-video "It Gets Better"
20:19 Jagħrfu l-obeżità bħala marda
19:24 Il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi l-ħidma importanti tal-EASO
19:21 Lejn promozzjoni ta' ikel bnin
19:04 Massakru fi skola
18:51 Ir-ribelli jwettqu attakki fil-Libanu
18:33 Inawgurata t-tieni pompa tal-AutoLiquigas wara s-suċċess miksub bl-ewwel pompa
18:22 Żewġ żgħażagħ jammettu li serqu kwantita’ ta’ diesel minn pompi tal-petrol
18:14 Raġel jitlef ħajtu wara li ttajjar fil-Qbajjar
Editorjal

Xjuħija li hi grazzja

Xjuħija li hi grazzja
Opinjoni

Taħseb li n-nies huma ddiżappuntati wara mitt jum ta' gvern Laburista?

Iva
Le
Ma nafx