22 ta' Diċembru, 2012
11:00 CET |
F'dawn l-aħħar snin il-Gvern kompla bil-ħidma tiegħu biex jiġi estiż in-network tat-trattati tat-taxxa. Din il-ġimgħa, it-trattat ta' ħelsien mit-taxxa doppja bejn Malta u l-Urugwaj daħal fis-seħħ wara li kien iffirmat f'Marzu tal-2011. Dan il-ftehim huwa l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu bejn Malta u pajjiż mill-Amerika Latina. L-għan prinċipali ta' ftehim bħal dan huwa li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet ekonomiċi bejn iż-żewġ pajjiżi.
Dan it-trattat joħloq kundizzjonijiet attraenti għall-investituri Maltin u Urugwajani u joħloq kundizzjonijiet li jipprevenu evazjoni tat-taxxa fost oħrajn.
Din il-ġimgħa, Malta ffirmat it-tieni trattat ta' ħelsien mit-taxxa doppja ma' pajjiż mill-Amerika Latina, meta flimkien mal-Messiku ġiet iffirmata Konvenzjoni tal-Ħelsien mit-Taxxa Doppja u l-Prevenzjoni tal-Evazjoni tat-Taxxa. Trattati bħall dawn jagħtu aktar kredibbiltà lil Malta fix-xena ekonomika u finanzjarja internazzjonali.
Malta ffirmat 66 trattat ta' Ħelsien mit-Taxxa doppja.
|