8 ta' Jannar, 2013
21:22 CET |
Kor Russu, bl-isem ta’ Russian Ensemble Posolon għada se jtella' kunċert fl-Awla Mgr Giuiseppe Farrugia fil-Bażilika ta’ San Ġorġ fir-Rabat,Għawdex. Il-kunċert, se jkun twil madwar ħamsin minuta u d-dħul għal dan il-kunċert huwa bla ħlas.
Il-kor Russu huwa magħmul minn ħames kantanti u direttur mużikali. Dan il-grupp, fost l-oħrajn, jispeċjalizza f’kant ta’ stil acapella u jinterpreta għanjiet folkloristiċi u dawk miktuba minn kompożituri famużi Russi
|