MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Jibqa' jaħrab milli jwieġeb dwar ir-rapporti tekniċi tal-proposta tal-enerġija


10 ta' Jannar, 2013  15:05 CET

Il-Malta Labour Party m'għandux pjan alternattiv, Plan B. Jekk ma jsibx investituri privati li minn buthom ikunu lesti li jinvestu aktar minn €300 miljun, il-wegħda tal-Mexxej Laburista li jorħsu l-kontijiet ittir mar-riħ.

Dan joħroġ ċar minn dak li qal Muscat stess waqt attività politika  li saret fil-Fgura li matulha reġa' pprova jfiehem il-prosposta li għandu hu biex iraħħas il-kontijiet, liema proposta tfisser li pajjiżna jiġi dipendenti mill-privat għall-enerġija.

Filwaqt li qal li huwa kunfidenti li jkun hemm xi ħadd mis-settur privat li jinvesti aktar minn €300 miljun, Muscat tenna wkoll li m'għandu xejn f'idejh u ma laħaq ftehim ma ħadd biex tinbena powerstation ġdida, kif irid hu. 

Mill-preżentazzjoni li saret mill-konsulenti DNV Kema, li qabbad il-MLP stess, jirriżulta li bil-konverżjoni tal-estensjoni tal-BWSC f'Delimara għall-gass u l-bini tal-pipeline tal-gass minn Malta għal Sqallija, bl-għajnuna tal-fondi Ewropej, kemm il-kontijiet kif ukoll il-provvista tal-gass jiġu irħas mill-bini ta' powerstation ġdida kif qed jipproponi Muscat.

Mistoqsi mill-ġdid meta se jippubblika r-rapporti tekniċi u fid-dettall dwar din il-proposta, anke Muscat, bħal esponenti oħra Laburisti qablu, ħarab milli jwieġeb.

Waqt il-konferenza tal-MLP, fejn tħabbret din il-prosposta, il-ġurnalisti ġew imwegħda mid-Deputy Leader tal-MLP Louis Grech li se jingħataw kopja ta' dawn ir-rapporti iżda s'issa ġiet ippubblikata biss il-preżentazzjoni li saret dakinhar.  

Din tinsab fuq is-sit elettroniku ta' Muscat u mhux fuq il-website uffiċjali tal-MLP.

Bookmark Print page Email page
Jibqa' jaħrab milli jwieġeb dwar ir-rapporti tekniċi tal-proposta tal-enerġija
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
Merħba ta' eroj lil Gianluca
Irkottafest f'Ħal Kirkop
Punti ewlenin
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
10:53 Joseph Muscat jiddefendi l-aġir tal-President fuq il-kwistjoni ta' Darleen Zerafa
iktar aħbarijiet
19:46 Neputiżmu mis-Sindku ta' Ħal Luqa
19:38 $408,000 għall-kitarra ta’ Lennon u ta’ Harrison
19:36 Għaliex m’għandekx tipposponi għal għada dak li jista’ jsir illum....
19:34 Arja ta’ pessimiżmu dwar il-futur wara r-rewwixta
18:41 Imnedija l-kampanja “Dog Training Made Easy”
18:10 Reazzjonijiet pożittivi għall-ewwel diskors ta' Simon Busuttil fil-Parlament
16:50 Merħba ta' eroj lil Gianluca
16:07 Irkottafest f'Ħal Kirkop
15:08 "Irridu nibqgħu b'kuntatt dirett man-nies" - Simon Busuttil
14:32 Iċċelebrat il-Jum Marittimu Ewropew
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.