MaltaRightNow.com sezzjoni: Mill-Qorti
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Qorti

Ikompli jinstema' l-każ tas-suldat Matthew Psaila

Tnejn mill-erba' suġġerimenti li saru dwar Saħħa ui Sigurta' daħlu fis-seħħ wara l-inkjesta

Ray ABDILLA
10 ta' Jannar, 2013  14:38 CET

Tnejn mill-erba' rakkomondsazjoniet li saru mill-President tal-Inkjesta tal-Forzi Armati ta' Malta wara l-mewt ta' Gunner Matthew Psaila ġew fis-seħħ. Dawn kienu t-test tal-għawm u risk assessment.   

Dan ħareġ mix-xhieda ta' Mario Borg, li huwa Logutenent Kurunell mal-Forzi Armati ta' Malta u li kien il-President fl-inkjesta li saret minn naħa tal-armata. Dwar dan l-inċident li seħħ fi Frar tal-2009, meta Matthew Psaila kien miet mgħarraq fiċ-Chadwick Lakes kienu saru tliet inkjesti, waħda mill-Prim Ministru, inkjesta Maġisterjali u l-Armata. 

Il-kumpilazzjoni tal-każ kompla quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli fejn il-Logutenent Christian Vella ta' 30 sena minn Ħaż-}abbar u Lance Bombardier Marvic Peregin ta' 34 sena minn Pembroke qegħdin jiġu mixlijin bi qtil involontarju fil-konfront ta' Gunner Mattew Psaila ta' 19-il sena minn Ta' Xbiex. Il-każ seħħ fit-13 ta' Frar tal-2009 waqt eżerċizzju militari.

Mario Borg qal li huwa ilu jaħdem fl-armata għal dawn l-aħħar 24 sena u fi Frar tal-2009 kien Kmandant tat-Tielet Reġiment fejn kellu x'jaqsam ma' xogħol ta' loġistika u sapport. Hu qal li minn dak iż-żmien kien ilu jagħmel diversi suġġerimenti biex tifetaħ fergħa dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq il-post tax-xogħol. 

Dan ukoll fid-dawl li f'Mejju tal-2005 huwa kien appuntat uffiċjal dwar il-Health and Safety wara li kien ġab diploma f'dan ir-rigward f'Mejju tal-2005.

Huwa qal li għall-ewwel it-talbiet tiegħu ma kienux intlaqgħu għax għal armata s-suġġerimentio li kien għamel ma kienux ta' priorità, iżda wara li kien għamel diversi suġġeriment verbalment, hu kien baqa' jagħmel dawn is-suġġerimenti bil-miktub. 
Il-Logutenent Kurunell Mario Borg qal li huwa kien għamel policy fuq is-Saħħa u s-Sigurtà f'Ottubru tal-2008 u biex din tiġi pubblikata mal-Armata kollha. Tenna li l-fergħa dwar is-Saħħa u s-Sigurta' fuq il-post tax-xogħol kienet infetħet f'Diċembru tal-2010, wara l-inċident ta' Gunner Matthew Psaila. 

Huwa qal li l-policy paper li kien għamel dak iż-żmien sal-lum għadha ma ġietx implimentata, imma ta' lanqas daħlu fis-seħħ it-test tal-għawm u r-risk assessment.

Ix-xhud qal li l-akkużati m'għandhom l-ebda rabta mal-policy making għax din hija totalment f'idejn il-Kwartieri tal-Armata.  Mistoqsi mill-Ispettur Robert Vella jekk kien hu l-unika wieħed fuq Health and Safety fl-armata, Borg qal li fl-ewwel reġiment kien hemm ċertu Chris Attard. Il-każ ikompli l-Ħamis, 21 ta' Frar li ġej.

Bookmark Print page Email page
Ikompli jinstema' l-każ tas-suldat Matthew Psaila
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Jitressaq il-Qorti akkużat bi traffikar u pussess tad-droga
Il-Ġuri dwar il-qtil tal-Avukat Michael Grech
Il-Ġuri dwar il-qtil tal-Avukat Michael Grech
14-il sena ħabs u €30,000 multa għal raġel mill-Panama fuq traffikar ta' kokaina
Jingħata d-dritt biex jitwaqqaf kunsill bejn il-Protezzjoni Ċivili u l-Gvern
Punti ewlenin
18:44 Il-Ġuri dwar il-qtil tal-Avukat Michael Grech
18:35 Seduta plenarja sospiża minħabba użu ta' kliem mhux parlamentari
17:00 Il-kumpanija Ċiniża dwar il-pont bejn Malta u Għawdex fuq black list tal-Bank Dinji
15:27 L-ewwel 100 jum mill-elezzjoni ġenerali
iktar aħbarijiet
21:23 Jitressaq il-Qorti akkużat bi traffikar u pussess tad-droga
20:58 "L-ewwel mitt jum karatterizzati minn kontroversji u diżappunt " - Partit Nazzjonalista
20:11 Żvelati pjani għal spjunaġġ fuq laqgħa għall-Kapijiet tal-Commonwealth
20:08 Tippjana moniteraġġ akbar tal-internet
20:05 Interessata ‘biss’ fis-sigurtà nazzjonali
19:43 Lest juża l-poteri kollha biex iwaqqaf l-inkwiet
19:41 Irid li tinħataf opportunità għal relazzjonijiet aħjar
19:27 Inawgurat proġett għall-konservazzjoni tal-ilma
19:25 L-ewwel 100 jum ta’ Gvern Laburista
18:59 Kuntrast bejn il-partiti fl-ewwel mitt jum ta' Gvern ġdid
Editorjal

Mitt jum ta' tiġdid għall-PN

Mitt jum ta' tiġdid għall-PN
Opinjoni

Taħseb li n-nies huma ddiżappuntati wara mitt jum ta' gvern Laburista?

Iva
Le
Ma nafx