MaltaRightNow.com sezzjoni: Ewropa
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Ewropa

Diskussa sistema ta' superviżjoni għall-banek fi Brusselll

Dan sabiex jiġi evitat kollass tal-banek

Neil Camilleri
13 ta' Diċembru, 2012  18:00 CET

Il-Prim Ministru Lawrence Gonzi u mexxeja mis-26 pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea qed jiltaqgħu f’Summit fi Brussell fejn fost l-oħrajn qed tiġi diskussa t-triq ‘il quddiem għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja – jiġifieri l-politika ekonomika li tgħaqqad lill-pajjiżi membri f’ekonomija waħda.

Id-diskussjoni qed tiffoka ħafna fuq il-qbil li kien hemm fl-aħħar siegħat bejn il-Ministri tal-Finanzi tal-UE dwar sistema ta’ superviżjoni għall-banek – bil-għan li tiġi evitata ripetizzjoni tal-kollass ta’ banek kbar kif rajna fl-aħħar snin.

U qabel jintemm is-summit il-ġimgħa wara nofsinhar hu mistenni li l-mexxeja jkunu qablu dwar id-dettalji tal-entita fi ħdan il-Bank Ċentrali Ewropew li se tkun qed twettaq din is-superviżjoni. 

Il-Prim  Ministru ddiskuta dan is-suġġett anke waqt laqgħa tal-kapijiet ta’ stat tal-UE membri fil-Partit Popolari Ewropew li saret fi Brussell stess il-Ħamis wara nofsinhar. 

Sadattant, fil-laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi dwar is-superviżjoni fuq il-banek kienet aċċettata proposta mressqa mill-Ministru Tonio Fenech li se twassal biex tliet banek biss Maltin jaqgħu taħt is-superviżjoni tal-Unjoni Ewropea. 

Biex pajjiżna, għal darb’oħra wera li minkejja ċ-ċokon tiegħu jista’ jkollu leħen qawwi fl-Ewropa. 

Il-proposta inizzjali kienet li jaqgħu taħt din is-sistema l-banek kollha li għandhom assi ta’ iktar minn 30 biljun ewro jew li inkella jkollhom assi li jammontaw għal iktar minn 20 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku tal-pajjiz. 

Minħabba ċ-ċirkostanzi ta’ Malta, il-Ministru Fenech ippropona li banek żgħar li għandhom assi ta’ inqas minn 5 biljun ewro jiġu eżentati minn din is-sistema u jibqgħu taħt is-sorveljanza tal-istat, permezz tal-MFSA. Il-proposta ġiet aċċettata.

F’kummenti lill-ġurnalisti fi Brussell il-Ministru Fenech qal li kien important wkoll il-fatt li l-bord tal-Bank Ċentrali Ewropew se jkollu membru wieħed minn kull stat – biex kulħadd ikollu leħen indaqs.

Intant is-summit tal-Unjoni Ewropea jkompli l-ġimgħa fejn qed jiġi diskuss ukoll rapport ippreżentat mill-President tal-Kunsill Ewropew Hermann van Rompuy, li fost l-oħrajn jipproponi t-twaqqif ta’ baġit separat għaz-zona ewro - bħala pass ieħor biex tkompli tingħeleb il-kriżi ekonomika fl-Ewropa. 

Dan huwa suġġett kemmxejn kontroversjali li hemm pajjiżi li għandhom riservi dwaru. Il-pożizzjoni ta’ Malta hi li taqbel ma’ inizzjattivi li jtejbu l-qagħda ekonomika fl-Ewrope u joħolqu x-xogħol iżda hemm xi punti li jridu jkunu ċċarati.  

Bookmark Print page Email page
Diskussa sistema ta' superviżjoni għall-banek fi Brusselll
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Roberta Metsola ssejjaħ għall-azzjoni effettiva u konkreta
Awguri lil Simon Busuttil mill-ogħla uffiċjali tal-PPE
Roberta Metsola tiffirma dikjarazzjoni tal-PE kontra kontenut online t'abbuż tat-tfal
Ir-Renju Unit se jibqa' fl-Unjoni Ewropea?
Jiżdiedu l-problemi għal Franza
Punti ewlenin
19:48 Il-Gvern jerġa’ jirrifjuta li jagħti raġunijiet għal deċiżjonijiet li ħa
21:00 Il-PN irid jagħti mportanza lin-Nofsinhar ta' Malta - Mario de Marco
21:16 Irrid nkunu sensittiv għall-bidliet li qed iseħħu - Claudette Buttigieg
21:02 Iġġudikawni fuq dak li għamilt - Beppe Fenech Adami
iktar aħbarijiet
21:16 Irrid nkunu sensittiv għall-bidliet li qed iseħħu - Claudette Buttigieg
21:02 Iġġudikawni fuq dak li għamilt - Beppe Fenech Adami
21:00 Il-PN irid jagħti mportanza lin-Nofsinhar ta' Malta - Mario de Marco
20:27 Roberta Metsola ssejjaħ għall-azzjoni effettiva u konkreta
20:25 Il-Gvern jaħfer €9 miljun lill-BWSC
19:48 Il-Gvern jerġa’ jirrifjuta li jagħti raġunijiet għal deċiżjonijiet li ħa
19:45 Tornado jħalli qerda u vittmi fil-Belt ta' Oklahoma
19:39 Tħassib dwar is-serq fost it-turisti
19:20 Profitt ta' €12.5 miljun mill-MIA
18:54 L-aħħar tislima lill-Ark Royal
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.