10 ta' Jannar, 2013
15:08 CET |
Il-bord tal-MEPA approva l-bini ta' berthing facility fil-waterfront tal-Maċina fl-Isla. Il-progett jikkonsisti f'pontoon tal-injam maqgħud max-xatt permezz ta' zewg pontijiet. Kif ukoll tliet postijiet ohra li wkoll se jintuzaw biex jorbtu l-jottijiet u dgħajjes ohra. Dan biex, imbagħad, ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-faċiltajiet tal-istess Maċina.
Il-MEPA imponiet numru ta' kundizzjonijiet li jiżguraw li tinzamm l-integrità storika tal-bini u l-madwar.
Il-proġett huwa l-ewwel parti minn pjan biex din iz-zona tal-Kottonera tigi riabilitata, fost l-ohrajn bir-restawr tal-Maċina nnifisha, kif ukoll bi żvilupp ta' attrazzjonijiet turistiċi, stabbilimenti kummerċjali, faċilitajiet soċjali u spazji miftuha. Fost l-ohrajn kien qed jiġi propost li l-Maċina takkomoda muzew dwar l-istorja tal-Kottonera minn żmien il-Kavallieri sat-Tieni Gwerra Dinjija.
Il-Maċina kienet inbniet mill-Kavallieri fejn kienet isservi bħala mezz kif jinqalgħu u jitwaħħlu l-arbli tax-xwieni. Iktar tard kienet tintuza min-Navy Ingliza.
Madanakollu, fl-1979, il-bini kien ingħata lill-Malta Labour Party mill-Gvern Soċjalista ta' Duminku Mintoff. Dan minkejja li t-tender kien għal uzu kummerċjali. Apparti minn hekk, il-Gvern Soċjalista kien nefaq eluf ta' liri minn flus il-poplu biex jirranga l-bini biex jakkomoda lill-Malta Labour Party. Dan fost l-ohrajn b'xogħlijiet ta' kisi u zebgħa, plumbing, u xogħol tal-injam u l-gebel.
Aktar minn hekk, fl-1981, il-kuntratt oriġinali ta' tmien snin kien estiz b'24 sena ohra, jiġifieri sal-2011.
|