MaltaRightNow.com sezzjoni: Għawdex
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Għawdex

124 operatur turistiku jiltaqgħu għal konferenza annwali f'Għawdex


4 ta' Jannar, 2013  15:10 CET

L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, b'kooperazzjoni mal-Ministeru għall-Għawdex, l-Air Malta u Vacations Malta, laqgħet f'Malta madwar 124 Branch Manager minn Ruefa Reisen bħala parti minn żjara ta' familjarizzazzjoni f'Malta u Għawdex. 

Ruefa Reisen jifforma parti mill-Verkehrsburo Group li huwa wieħed mill-ikbar operaturi turistiċi fl-Awstrija u li jiġbor 'il fuq minn 120 fergħa madwar l-Awstrija kollha. 

Matul iż-żjara tiegħu, il-grupp organizza l-konferenza annwali tiegħu dwar il-bejgħ li saret fil-gżira ta' Għawdex. Il-grupp kien immexxi minn membri tat-team tal-marketing ta' Ruefa u kienu akkumpanjati minn Corinna Ziegler mill-MTA tal-Awstrija u minn Michael Planicka f'isem l-Air Malta. 

Din kienet l-ewwel darba li avveniment daqshekk kbir marbut mal-qasam tal-ivvjaġġar u tat-turiżmu ttella' f'Ghawdex. Matul iż-żjara tagħhom f'Għawdex, il-parteċipanti tal-konferenza kellhom l-opportunità wkoll li jżuru numru ta' postijiet kulturali u ta' wirt storiku f'Għawdex u jduqu ikel tradizzjonali Malti. Il-grupp żar ukoll il-Belt Valletta u l-Imdina f'Malta. 

Il-parteċipanti kellhom kliem ta' tifħir għal Malta u Għawdex  u baqgħu impressjonati b'dak li jistgħu joffru l-gżejjer Maltin. Joe Galea, id-Direttur għall-Marketing Internazzjonali fl-MTA faħħar din l-inizzjattiva u qal li l-ħidma bejn l-operaturi turistiċi u l-aġenti tal-ivvjaġġar hija bżonjuża għall-promozzjoni tal-gżejjer Maltin bħala destinazzjoni turistika. Huwa rringrazzja wkoll lill-grupp Ruefa Reisen għall-fiduċja tagħhom f'Malta għall-organizzazzjoni ta' dan l-avveniment.

Bookmark Print page Email page
124 operatur turistiku jiltaqgħu għal konferenza annwali f'Għawdex
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Kampanja u proġetti relatati man-National Nitrates Action Plan
Tfal mill-parroċċi ta' Għawdex jirċievu l-Griżma tal-Isqof minn idejn ħames Isqfijiet
Jinġabru €5,000 wara mixja u car wash f’Għawdex b’risq Puttinu Cares
Studenti Għawdxin itellgħu 'play' b'risq Puttinu Cares
Konfużjoni dwar iċ-Ċentru tas-Saħħa f’Għawdex
Punti ewlenin
18:29 Persuni li mietu jew diġa' ġew operati fil-listi ta' stennija tal-isptar
21:01 Proċess ta' għaqda u tiġdid fil-Partit Nazzjonalista – Mario de Marco
21:02 Ma niġix bi dritt li nsir Viċi-Kap imma għax nista nkun ta' servizz - Beppe Fenech Adami
19:56 Darlene Zerafa eskluża milli tapplika biex tmexxi d-dar Kenn għal Saħħtek
iktar aħbarijiet
21:02 Ma niġix bi dritt li nsir Viċi-Kap imma għax nista nkun ta' servizz - Beppe Fenech Adami
21:01 Proċess ta' għaqda u tiġdid fil-Partit Nazzjonalista – Mario de Marco
20:24 Taħditiet biex jiċċaqlaq il-monti tal-Belt
20:11 L-Oppożizzjoni urtata bin-nuqqas ta' preżenza tal-Prim Ministru
19:56 Darlene Zerafa eskluża milli tapplika biex tmexxi d-dar Kenn għal Saħħtek
19:36 Bram aktarx il-kawża ta‘ traġedja f’familja
19:33 Il-Hezbollah involuti dejjem aktar fil-kunflitt Sirjan
19:28 Għajnuna mix-xemx kontra l-ażma
19:26 Tispara missila oħra
19:24 Rod Stewart lura fil-klassifika wara 34 sena
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.