MaltaRightNow.com sezzjoni: Mill-Qorti
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Qorti

Ħatja li rreżistew lill-Pulizija

Ray ABDILLA
10 ta' Jannar, 2013  16:59 CET

Żewt irġiel kienu lliberati bil-kundizzjoni li ma jikkommettux reat ieħor fi żmien sitt xhur mill-Maġistrat Joseph Apap Bologna wara nstabu ħatja li rreżistew lill-Pulizija u li kisru l-bon ordni b'għajjat ġlied f'każ li kien ġara 16-il sena ilu. Is-Supretendent Silvio Valletta qal li fit-8 ta' Marzu tal-1997, kien infurmat dwar inċident f'blokk ta' appartamenti fi Triq Maitland il-Ħamrun.

Qal li hemm hekk sab lil ċertu Joseph Azzopardi li allega li s-sid tal-appartament ta' ħdejh kien aggredih u ma ħalliehx jidħol. Valletta kien daħal ġewwa u meta tela' t-taraġ sab lil Dominic Ebejer u Raymond Micallef, u pprova jikkalma s-sitwazzjoni. 

Dawn allegaw li kien Joseph Azzopardi li aggredihiom “permezz ta' basket b'xi affarijiet ġo fih.” Fil-fatt fl-art kien hemm ħġieġ, aktarx ta' flixkun, patata, u affarijiet oħrajn. 

Il-ħatja, Ebejer u Micallef kienu rrifjutaw għal darbtejn li jmorru l-Għassa tal-Pulizija. Minħabba f'hekk, is-Supretendent Valletta kien kostrett li jibgħat għall-assistenza tal-Pulizija, ħamsa b'kollox li kienu diġà barra mill-istess blokk. 

Fis-sentenza tagħha, il-Qorti qalet li dawn il-Pulizija rnexxielhom jieħdu bil-forza Ebejer u lil Micallef. F'ħin minnhom, Micallef ipprova jħebb għall-Pulizija, wara li kien iddaħħal diġà f'karozza tal-Pulizija. 

Is-Supretendent tenna li kien iddeċieda li jarresta lil Micallef wara li qal diskors dispreġġattiv fil-konfront ta' Caroline Bianco li kienet ħabiba ta' Azzopardi. Min-naħa tiegħu, Azzopardi ntbagħat għall-kura f'ċentru tas-saħħa. Kienet xehdet il-kuntistabbli Jeanne Farrugia, li kienet qalet li Ebejer kellu kwistjoni ma' Bianco kienet dwar għamara li kien hemm fil-partijiet komuni. 

Azzopardi qal li l-mara tiegħu kienet infurmatu biex ma jidħolx ġewwa għax kien hemm tnejn jistennewh b'sikkina. Qal li mar jagħmel rapport l-għassa, iżda x'ħin reġa' mar fl-appartament spiċċa aggredit bi flixkun tal-inbid. Qal li ż-żewġ ħatjin kellhom sikkina wara darhom. 

Ebejer qal li kienet il-ħabiba ta' Azzopardi li bdiet tgħajjarhom meta diġà kien hemm il-Pulizija. Hu ċaħad li għamel xi ħaġa lil Azzopardi iżda meta kien hemm il-Pulizija dawn kienu żammewh milli jħebb għal Bianco li kienet qed tgħajjru.  Micallef ċaħad li ta xi daqqa ta' flixkun lil Azzopardi.

Il-Qorti sabet lil Dominic Ebejer u Raymond Micallef  ħajta li għamlu reżistenza bi vjolenza lill-Pulizija u li kisru l-ordni b'għajjat u ġlied. U ġew illiberati bil-kundizzjoni li ma jikkommettux reat ieħor fi żmien sitt xhur.

Bookmark Print page Email page
Ħatja li rreżistew lill-Pulizija
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Kumpens ta' €38,630 wara li ttajjar fuq iz-‘zebra crossing’
Meħlusa mill-arrest koppja mixlija bi traffikar ta’ droga
Revokata sentenza effettiva ta' ħabs għal waħda sospiża għall-qattiel tal-kelba ''Star''
Talba għal estradizzjoni ta' Ġermaniż li jgħix l-Amerika akkużat b'pedofalija
Rumen mixli b'attentat ta' serq, allegatament jagħmel parti minn ċirku ta' kriminali
Punti ewlenin
09:55 Raġel jaqa' fi spiera fil-Marfa
09:31 Tornado qawwi joqtol 91 f'Oklahoma City
21:02 Ma niġix bi dritt li nsir Viċi-Kap imma għax nista nkun ta' servizz - Beppe Fenech Adami
19:56 Darlene Zerafa eskluża milli tapplika biex tmexxi d-dar Kenn għal Saħħtek
iktar aħbarijiet
09:55 Raġel jaqa' fi spiera fil-Marfa
09:31 Tornado qawwi joqtol 91 f'Oklahoma City
21:02 Ma niġix bi dritt li nsir Viċi-Kap imma għax nista nkun ta' servizz - Beppe Fenech Adami
21:01 Proċess ta' għaqda u tiġdid fil-Partit Nazzjonalista – Mario de Marco
20:24 Taħditiet biex jiċċaqlaq il-monti tal-Belt
20:11 L-Oppożizzjoni urtata bin-nuqqas ta' preżenza tal-Prim Ministru
19:56 Darlene Zerafa eskluża milli tapplika biex tmexxi d-dar Kenn għal Saħħtek
19:36 Bram aktarx il-kawża ta‘ traġedja f’familja
19:33 Il-Hezbollah involuti dejjem aktar fil-kunflitt Sirjan
19:28 Għajnuna mix-xemx kontra l-ażma
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.