MaltaRightNow.com sezzjoni: sport
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Futbol Lokali

Qormi u Floriana ma' joffru xejn


12 ta' Jannar, 2013  16:57 CET

0 QORMI   - M. Farrugia, K. Thackray, M. Bartolo, J. Chetcuti, A. Bello-Osagie, L. Sciberras, M.Gauci, J. Bondin, S. Wellman, M. Avila Perez, L. Grech
Sost –   A. Effiong flok J. Chetcuti 55 min., C. Camoin flok L. Grech 65 min., A.Cassar flok M.Bartolo 82 min.
 
0 FLORIANA    -   T. Warner, K. Farrugia, C. Tremarco, O. Bugeja, T. Paris, D. Pisani, J. Borg, R. Darmanin, B. Farrugia, C. Borg, S. Borg
Sost-  L. Casha flok R. Darmanin 71 min.

Imwissija -    B. Farrugia , Tremarco (F)
Referee  -    Kevin Azzopardi
Player tal-Logħba –  Moses Avila Perez (Qormi)

Qormi u Floriana spiċċaw il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' mingħajr gowls f'logħba li kienet nieqsa ħafna mill-azzjonijiet. Riżultat li ma' għen lil ħadd biex issa t-tnejn li huma konxji li ser ikunu qegħdin jilgħabu fir-Relegation Pool. Iż-żewġ timijiet tilfu fl-aħħar konfronti tagħhom fejn Qormi tilfu kontra Balzan filwaqt li Floriana sfaw megħluba minn Mosta inċidentalment bi skor identiku ta' 2-1. Għal Qormi ddebuttaw Moses Avila Perez, Clyde Camoin u Alfred Effiong bit-tnejn tal-aħħar jidħlu bħala sostituti. Huma kellhom lil Edison Bilboa Zarate sospiż filwaqt li aktarx li għal Bello-Osagie din kienet l-aħħar logħba peress qed jissemma li ser jingħaqad ma' Sliema.
 
Floriana li neħħew lil Tyrone Farrugia matul din il-ġimgħa kienu mingħajr Mark Spiteri u Trevor Cilia filwaqt li Igor Coronado kien sospiż. Fl-ewwel round il-konfront bejn dawn iż-żewġ timijiet spiċċa fi draw ta' 2-2. Kien biss fit-22 li waslet l-ewwel azzjoni denja fejn xutt ta' Leighton Grech ġie mdawwar f'corner minn Warner.  Għaxar minuti wara konklużjoni mid-distanza ta' Brooke Farrugia falliet il-mira għal ftit. Biex lejn tmiem l-ewwel taqsima Qormi kellhom żewġ ċansijiet li jiftħu l-iskor. Fl-40 minuta Chetcuti qassam lejn Grech li pprova jqabbeż iżda Bugeja kklerja qabel seta' jikkonkludi Avila Perez. U fit-42 minuta free kick ta' Wellman kien salvat minn Warner mgħejjun mill-mimduda.
 
Mal-bidu tat-tieni taqsima Qormi tilfu ċans ieħor hekk kif fuq cross ta' Avila Perez kien Bondin li minn quddiem il-lasta spara għoli. Biex għal kumplament tat-taqsima l-logħob żvolġa l-aktar f'nofs il-ground fejn kien biss għaxar minuti mit-tmiem li Floriana resqu viċin b'xutt ta' Luca Casha li Farrugia dawwar f'corner.
 
Biex l-aħħar azzjoni tal-logħba waslet fil-żin mogħti żejjed meta kien Avila Perez li pprova jsib lil Effiong iżda l-ballun  ma' wasalx għand l-attakkant Qormi.

Bookmark Print page Email page
Qormi u Floriana ma' joffru xejn
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Hibernians jirbħu l-U*BET FA Trophy
Bartolo sospiż tliet xhur
Qormi v Hibernians fit-tieni finali konsekuttiva
Partiti ta’ ħbiberija bejn it-timijiet nazzjonali
Rekord nazzjonali ġdid mill-Juventus Club DOC Cuore Bianconero
Punti ewlenin
23:46 Illum hemm tmexxija ġdida fil-PN - Simon Busuttil
23:28 Qegħdin hawn biex nerġgħu niksbu r-rispett u l-fiduċja tan-nies - Mario de Marco
21:16 Suldat Franċiż attakkat waqt ronda f'Pariġi
15:35 L-ewwel eliminatorja tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013
iktar aħbarijiet
23:46 Illum hemm tmexxija ġdida fil-PN - Simon Busuttil
23:28 Qegħdin hawn biex nerġgħu niksbu r-rispett u l-fiduċja tan-nies - Mario de Marco
22:49 Eletti l-Viċi Kapijiet tal-PN
21:16 Suldat Franċiż attakkat waqt ronda f'Pariġi
21:10 Mario de Marco u Beppe Fenech Adami eletti Viċi Kapijiet tal-PN
20:59 Mara ssofri ġrieħi gravi meta taqa' ġo bir
19:46 Tnaqqis fil-baġit għall-iskejjel
19:43 Siġġijiet itiru fl-Emerġenza
19:01 Nature Trust iddiżappuntata bil-MEPA
18:23 Deċiżjonijiet ħżiena mill-gvern se jdaħħlu lil Malta fl-Excessive Deficit Procedure
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.