MaltaRightNow.com sezzjoni: sport
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Futbol Ieħor
BRAŻIL

L-indiġeni jwaqqfu x-xogħol fuq il-Maracana Stadium


13 ta' Jannar, 2013  19:16 CET

Il-komunità indiġena li qed toqgħod viċin l-istadium ikoniku fil-Brażil – il-Maracana Stadium f'Rio de Janeiro – ħarġu jipprotestaw kontra t-tneħħija antiċipata tagħhom.

Viċin dan l-istadium hemm dak li kien il-Mużew Indiġenu, l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu fl-Amerika ta' Isfel. Meta l-mużew għalaq, il-bini sar id-dar permaenti ta' ħafna familji indiġeni.

Bħalissa, il-Maracana għaddej minn rinnovazzjoni kbira biex fis-sajf jilqa' fih it-Tazza tal-Konfederazzjonijiet, it-Tazza tad-Dinja tal-2014 u l-Olimpjadi tal-2016.

L-awtoritajiet qed jgħidu li l-mużew indiġenu viċin l-istadium hu ta' periklu għall-mobbiltà urbana fl-inħawi, u minfloku l-uffiċjali jridu jibnu parkeġġ għal 10,000 karozza.

Imma l-komunità indiġena lesta biex tiġġieled.

“Il-perusni indiġeni qed jiġu mhedda. Hawnhekk mhux il-kultura tagħna biss hi f'riskju, imma anki l-proprjetà tagħna li nbniet mill-antenati tagħna u għadha hemm sal-lum,” qal wieħed minn dawk li pprotestaw.

Il-kap inġinier tal-proġett tal-Maracana Stadium, Icaro Moreno, ippprova jitkellem mal-kap tal-komunità indiġena, imma t-tensjoni kienet kbira u kellu jiġi eskortat mill-Pulizija.

Preżenti wkoll fuq il-post il-prosekutur Federali, Daniel Macedo, li wissa lill-Pulizija li għalkemm ma nqalgħux inċidenti, jekk kienu se jippruvaw jinvadu l-bini, kienu se jkunu qed jiksru l-liġi u jistgħu jiġu akkużati b'abbuż ta' poter.
Ix-xogħol ta' rinnovazzjoni fil-Maracana Stadium suppost li kellu jkun lest sa Frar, u l-FIFA diġà ddikjaratu bħala l-aktar stadium li jinsab lura fix-xogħol.

Bookmark Print page Email page
L-indiġeni jwaqqfu x-xogħol fuq il-Maracana Stadium
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Goal ta' Robben jagħti t-titlu lil Bayern
Neymar viċin Barċellona
Mistennija finali bilanċjata bejn Bayern u Dortmund
Ġibiltà ssir parti mill-UEFA
'Aħna aqwa minn Dortmund'
Punti ewlenin
23:46 Illum hemm tmexxija ġdida fil-PN - Simon Busuttil
23:28 Qegħdin hawn biex nerġgħu niksbu r-rispett u l-fiduċja tan-nies - Mario de Marco
21:16 Suldat Franċiż attakkat waqt ronda f'Pariġi
15:35 L-ewwel eliminatorja tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013
iktar aħbarijiet
23:46 Illum hemm tmexxija ġdida fil-PN - Simon Busuttil
23:28 Qegħdin hawn biex nerġgħu niksbu r-rispett u l-fiduċja tan-nies - Mario de Marco
22:49 Eletti l-Viċi Kapijiet tal-PN
21:16 Suldat Franċiż attakkat waqt ronda f'Pariġi
21:10 Mario de Marco u Beppe Fenech Adami eletti Viċi Kapijiet tal-PN
20:59 Mara ssofri ġrieħi gravi meta taqa' ġo bir
19:46 Tnaqqis fil-baġit għall-iskejjel
19:43 Siġġijiet itiru fl-Emerġenza
19:01 Nature Trust iddiżappuntata bil-MEPA
18:23 Deċiżjonijiet ħżiena mill-gvern se jdaħħlu lil Malta fl-Excessive Deficit Procedure
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.