MaltaRightNow.com sezzjoni: sport
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Formula Wieħed

Il-problema tal-Mercedes kienu l-fondi


9 ta' Jannar, 2013  18:29 CET

L-eks champion tad-dinja Michael Schumacher qal li ma kellux avventura pożittiva mal-Mercedes minħabba li t-tim kien nieqes mill-flus. Schumacher kien irtira mill-isport imma irritorna biex ingħaqad mal-Mercedes u għamel tliet snin fejn qatt ma rebaħ Grand Prix. 
 
Kienu ħafna li stennew aktar minn dan is-sewwieq li b’kollox rebaħ seba’ titli mondjali. Mhuwiex sigriet il-fatt li l-Mercedes ma jonfqux daqs manifatturi kbar bħalma huma l-Ferrari u r-Red Bull u fil-fatt Schumacher qal li din kienet il-problema ewlenija. 
“F’dawn l-aħħar snin ir-Red Bull, bil-flus li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom setgħu jibnu tim li llum m’hawnx aħjar minnu. Meta kont mal-Ferrari l-istess ħaġa. Dawn kellhom flus kbar. Mal-Mercedes storja oħra. Mal-Mercedes trid taħdem b’li jtuk,” spjega s-sewwieq Ġermaniż. 
 
Minn meta Brawn xtara lil Mercedes fl-2010 l-ebda sewwieq ta’ dan it-tim ma spiċċa mal-ewwel erbgħa. Schumacher irtira fl-aħħar tal-istaġun u minfloku l-Mercedes akkwistaw lil Lewis Hamilton, eks sewwieq tal-McLaren.  Flimkien ma’ Hamilton se jkun hemm qed isuq Nico Rosberg. Kienu ħafna dawk li ma fehmux l-għażla ta’ Hamilton, sewwieq li dejjem ipprova jkun fost l-isfidanti għat-titlu. 

Fabbrika ġdida
Il-Ferrari bdew jaħdmu fuq il-bini ta’ fabbrika ġdida fil-kwartieri ta’ Maranello fl-Italja li se tkun id-dar tat-tim tagħhom fil-Formula 1. “L-ewwel tħaffir beda biex isir il-pedament ta’ dik li se tkun id-dar tal-uffiċini tal-managers, l-inġiniera u l-istaff amministrattiv flimkien mal-ħaddiema tat-tim tagħna,” qalu l-Ferrari fuq il-websajt.
 
It-tim qal li l-post fejn se jinbnew dawn il-kwartieri kienu diġà propjetà tal-Ferrari u kien jintuża bħala parkeġġ. Dan jinsab fil-post bejn il-famuż ristorant Cavallino u l-bini eżistenti tat-tim li jmur lura sa żmien il-mibki fundatur Enzo Ferrari. Il-Ferrari, l-uniku tim li ħa sehem f’kull kampjonat tal-Formula 1 sa mill-1950, bħalissa hu l-uniku tim li jibni l-karozzi tal-F1 u l-makni fl-istess post.
Ħdejn dan il-bini hemm ukoll il-fabbrika li tipproduċi l-karozzi sportivi tat-triq.

Bookmark Print page Email page
Il-problema tal-Mercedes kienu l-fondi
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Mhux se jibqgħu jipprovdu tyres
Rosberg bl-aħjar ħin
Alonso jwettaq l-impossibbli f’pajjiżu
Rosberg fil-pole position f''Barcellona
Alonso jrid inaqqas id-distakk f'pajjiżu
Punti ewlenin
10:26 Tibda l-votazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Viċi Kapijiet
10:54 L-attakki tal-Gvern Laburista mhux se jżommu lill-Oppożizzjoni milli ssemma leħinha
13:49 €2.6 miljun fis-sena f'konsulenzi
10:33 Ġuvni jsofri ġrieħi gravi
iktar aħbarijiet
15:00 Is-Servizzi Sigrieti Ingliżi kienu f'kuntatt ma' wieħed mill-qattiela
14:54 Mario Galea jmexxi l-missjoni ta' osservaturi fl-elezzjoni f'Cayman
13:49 €2.6 miljun fis-sena f'konsulenzi
13:38 Mixja biex titqajjem kuxjenza dwar il-Multiple Sclerosis
13:32 Stqarrijiet żbaljati mill-Ministru Leo Brinċat f'laqgħa dwar il-Wasterv
11:55 “Il-Politika tal-Gvern dwar l-iżvilupp tal-lukandi hija żball” - AD
10:54 L-attakki tal-Gvern Laburista mhux se jżommu lill-Oppożizzjoni milli ssemma leħinha
10:33 Ġuvni jsofri ġrieħi gravi
10:26 Tibda l-votazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Viċi Kapijiet
09:19 Raġel jsofri ġrieħi gravi f'argument fil-Marsa
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.