MaltaRightNow.com sezzjoni: sport
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Futbol Lokali

Hibs jerġgħu jitilgħu fit-tieni post

Cristian Antony MUSCAT
13 ta' Jannar, 2013  19:11 CET

BOV PREMIER
2 HIBERNIANS (1)
M. Muscat, R. Camilleri, A. Pulis, Z. Levnaic, B. Kristensen, A. Cohen, J. Lima, A.K. Dos Santos, C. Failla, J. Bezzina, M. Dias
Sost> J.P. Farrugia flok A. K. Dos Santos 60min, S. Chircop flok J. Lima 90min

1 SLIEMA W. (1)
G. Zammit, A. Musact, L. Martinelli, P. Barbetti, M. Scerri, C. Gatt Baldacchino, I. Woods, A. Laudisi, S. Bajada, A. Faccini, S. Bianciardi
Sost> M. Ciantar flok A. Laudisi 65min

Imwissija> B. Kristensen 32min, M. Dias 90min (H), L. Martinelli 54min, P. Barbetti 61min (S)
Skurjaw> C. Failla 10min, A. K. Dos Santos 50min (H), I. Woods 20min (S)
Referee> Mario Apap
IN-NAZZJON Plejer tal-Logħba> J. Lima (H)

Hibernians għelbu lil Sliema Wanderers, 2-1, u b’hekk reġgħu issa telgħu fit-tieni post tal-klassifika, punt biss taħt il-leaders, Valletta, meta għandhom 35 punt. Sliema Wanderers kellhom lill-goalkeeper regolari, Henry Bonello, nieqes minħabba li għadu qed jirkupra minn injury – minfloku reġa’ lagħab il-goalkeeper tar-riżerva, Glenn Zammit, li ngħaqad mal-Wanderers mingħand Mosta matul dan l-istaġun. Fl-ewwel round, Sliema kienu rebħu 4-0.

Bonello qed isofri minn infezzjoni fil-metatarsal, u hu mistenni lura fl-azzjoni mal-Wanderers lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar. Għalihom iddebutta wkoll il-plejer internazzjonali Shaun Bajada, li ngħaqad magħhom matul din il-ġimgħa mingħand Valletta, b’self sa tmiem l-istaġun.

Hibernains kellhom lid-difensur Rodolfo Soares nieqes minħabba li kien sospiż wara li tkeċċa fit-telfa ta’ 4-1 li ġarrbu kontra r-rivali Valletta, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Tajjeb ngħidu li din il-logħba ġiet ikkontrollata mir-referee Għawdxi Mario Apap, waqt li Paul Apap, li jiġi ħu l-istess referee, kien wieħed miż-żewġ assistenti referees.

Hibernians ħarġu fuq l-offensiva u wara biss 10 minuti fetħu l-iskor, meta minn free-kick mogħti minn Jackson Lima, ikkonnettja tajjeb l-internazzjonali CLAYTON FAILLA, li b’daqqa tar-ras ħafifa irtokka l-ballun u tefa’ fix-xibka.
Imma Hibs ma tantx damu jgawdu dan il-vantaġġ għaliex għaxar minuti wara, fl-20 minuta, Sliema Wanderers ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ free-kick dirett mogħti mill-veteran IVAN WOODS, li ntemm fir-rokna tax-xibka u ħalla lill-goalkeeper Muscat iċċassat.

Minuta biss wara, Hibernians viċin li jerġgħu jmorru fil-vantaġġ meta Marcelo Dias ikkrossja fin-nofs, iżda Andrew Cohen ma irnexxilux jikkonnettja, mattar saqajh Allan Kardeck Dos Santos, iżda t-tentattiv tiegħu għadda ftit barra mil-lasti difiżi mill-goalkeeper tal-Wanderers, Zammit.

Fit-38 minuta, xutt b’saħħtu ta’ Marcelo Dias għal Hibernians għadda ftit barra< u meta konna qed nistennew lir-referee Mario Apap isaffar tmiem l-ewwel taqsima, daqqa tar-ras ta’ Andrew Cohen għaddiet ftit barra mil-lasti difiżi minn Zammit.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, Hibernians komplew fuq l-offensiva u fid-49 minuta xutt mill-isbaħ ta’ Jackson Lima ġie salvat bi bravura mill-goalkeeper avversarju, Glenn Zammit. Imma l-pressjoni tal-Pawlisti kienet fl-aqwa tagħha u finalment Hibs marru fil-vantaġġ meta fil-50 minuta, minn korner ta’ Jackson Lima, qamet konfużjoni sħiħa quddiem il-lasti u kien ALLAN KARDECK DOS SANTOS li b’xutt tajjeb tefa’ fix-xibka u tefa’ lill-partitarji ta’ Hibernians preżenti fil-Hibernians Stadium f’Kordin f’delirju ta’ ferħ.

Kwarta mit-tmiem, free-kick tad-debuttant Shaun Bajada għal Sliema Wanderers għadda ftit barra mil-lasti difiżi mill-goalkeeper Mario Muscat.

Fl-84 minuta, Hibernains ipprotestaw bil-qawwa għall-penalty meta d-difensur ta’ Sliema Wanderers, Clifford Gatt Baldacchino, deher imiss il-ballun b’idu fil-kaxxa, iżda r-referee Mario Apap ħalla l-logħob għaddej f’dik li kienet l-aħħar azzjoni denja ta’ nota f’logħba pjuttost immovimentata.

Bookmark Print page Email page
Hibs jerġgħu jitilgħu fit-tieni post
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Hibernians jirbħu l-U*BET FA Trophy
Bartolo sospiż tliet xhur
Qormi v Hibernians fit-tieni finali konsekuttiva
Partiti ta’ ħbiberija bejn it-timijiet nazzjonali
Rekord nazzjonali ġdid mill-Juventus Club DOC Cuore Bianconero
Punti ewlenin
20:00 Il-Pulizija tikkonfiska munizzjon li nstab fuq dgħajsa
16:38 Sejħa għall-interess għal Casino f'Malta u ieħor f'Għawdex
18:25 Tifla ta' 14-il sena tittajjar minn karozza waqt li kienet qed taqsam it-triq
18:55 Il-Flamenco f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt
iktar aħbarijiet
21:23 Raġel ta' 30 sena akkużat li attakka Pulizija
21:12 Offerta ta' 1.2 miljun għal vjaġġ fl-ispazju ma' Leonardo Di Caprio
21:08 Iz-zona ewro hi aktar stabbli
21:04 Kesħa, xita u borra
21:00 Twarrab pjani dwar iż-żejt taż-żebbuġa
20:52 Imrażżan il-bejgħ tal-alkoħol
20:38 Il-Pulizija tlesti għal aktar irvellijiet
20:28 Il-Prim Ministru jibża’ mill-fatati
20:00 Il-Pulizija tikkonfiska munizzjon li nstab fuq dgħajsa
19:53 Il-Gvern Laburista jirkeb fuq inizjattivi li tnedew mill-Gvern Preċedenti
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.