Cristian Antony Muscat
13 ta' Jannar, 2013
19:13 CET |
BOV PREMIER
1 RABAT A. (0)
J. Azzopardi, I. Carapic, J. Caruana, J. Felice, J. L. Armaro Negrin, D. Falzon, P. Borg, C. Brincat, D. Carrillo Pendas, D. Azzopardi, C. Gauci
Sost> M. Moral Fuster flok J. Caruana 29 min., G. J. Gesualdi flok P. Borg 43 min.
3 ĦAMRUN S. (3)
A. Cassar, R. Fenech, G. Calabretta, R. Spiteri, A. Borg, D. Camilleri, L. Grech, D. Zerafa, T. Vella, G. Bledjon, L. Lumbilla Mandja
Sost> A. Curmi flok A. Cassar 34 min., C. Cassar flok R. Spiteri 64 min., A. Micallef flok T. Vella 76 min.
Imwissija> D. Falzon 16 min., J. Azzopardi 39 min. (R)
Skurjaw> L. Lumbilla Mandja 17 min., 20 min., 39 min. pen. (ĦS), J. Felice 81 min. pen. (R)
Referee> Clayton Pisani
In-Nazzjon Plejer tal-Logħba> Loic Lumbilla Mandja (ĦS)
Ħamrun Spartans irritornaw għar-rebħ wara tmien telfiet konsekuttivi meta għelbu lit-tim tal-qiegħ Rabat Ajax bl-iskor ta’ 3-1. It-tliet gowls tal-Ispartans waslu kollha mill-plejer Franċiż Loic Lumbilla Mandja li b’hekk ma setax kellu debutt iktar feliċi minn dan. Huwa spiċċa wkoll il-plejer tal-logħba. Permezz ta’ din ir-rebħa Ħamrun Spartans issa għandhom 16-il punt fil-klassifika waqt li Rabat baqa' l-uniku tim bla rebħa.
Tajjeb wieħed isemmi li matul din il-ġimgħa Ħamrun Spartans neħħew lill-plejers Bulgari kollha li kienu fl-iskwadra tagħhom u anki lill-assistant kowċ Bulgaru li kien qed jgħin lill-kowċ Stefan Sulatana fit-tmexxija tat-tim, Atanas Marinov. L-Ispartans kienu wkoll mingħajr iż-żewġ plejers importanti Massimo Grima li kien sospiż talli ma ppreżentax ċertifikat mediku skont ir-regolamenti tal-MFA kif ukoll Glenn Azzopardi. Iżda ddebuttaw il-plejer Albaniż Bledjon Guga u Loic Lumbilla Mandja.
Kienu Ħamrun Spartans li fetħu l-iskor fis-17-il minuta meta il-goalkeeper ta’ Rabat Ajax Jonathan Azzopardi ppanċja l-ballun ħażin, li niżel f’saqajn id-debuttant Franċiż LOIC LUMBILLA MANDJA li tefa’ fix-xibka mingħajr l-ebda diffikultà għall-ewwel gowl tieħgu fil-Premier Malti.
Fl-20 minuta l-Ispartans irduppjaw l-iskor. Pass ħażin ta' Dylan Falzon ta' Rabat lejn sħabu , approfitta minn dan l-iżball Terence Vella li kien qed jirritorna għall-Ispartans wara diversi logħbiet nieqes, u għadda tajjeb lejn LOIC LUMBILLA MANDJA li kien fil-post ideali u fil-ħin opportun biex reġa’ skorja għat-tieni darba fil-logħba f’temp ta’ tliet minuti.
Fl-34 minuta Ħamrun Spartans kienu kostretti li jbiddlu l-goalkeeper Andrea Cassar minħabba li weġġa’ u ħadlu postu l-goalkeeper sostitut Anthony Curmi. Bir-risposta ta' Rabat ma' tasalx fid-39 minuta Ħamrun Spartans rebħu penalty meta l-goalkeeper ta’ Rabat Ajax waqqa' lil Loic Lumbilla Mandja fil-kaxxa u kawża t’hekk ġie muri l-karta s-safra mir-referee Clayton Pisani. Mill-11-il mteru inkariga ruħu LOIC LUMBILLA MANDJA li ma żbaljax u b’hekk skorja hat-trick personali.
It-tieni taqsima kienet fqira ħafna mill-azzjonijiet u kien biss fit-72 minuta li stajna ninnutaw azzjoni oħra denja ta’ nota meta xutt mhux daqstant b’saħħtu tas-sostitut Christian Cassar għall-Ispartans, kien salvat mingħajr diffikultà mill-goalkeeper ta’ Rabat Ajax Jonathan Azzopardi.
Fil-81 minuta Rabat A. rebħu penalty meta Luke Grech waqqa’ lil Diego Carilla Pendas fil-kaxxa u r-referee saffar it-tieni penalty tal-partita. Mill-11-il metru nkariga ruħu JUSTIN FELICE li għeleb lil Anthony Curmi biex naqqas il-marġni tal-iskor għar-Rabtin mm akien tard wisq biex dan il-gowl seta' jkollu effett fuq ir-riżultat.
|