MaltaRightNow.com sezzjoni: sport
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Olimpjadi 2012
LOGĦOB PARALIMPIKU

Deheb għal Joann Formosa f'Londra


2 ta' Settembru, 2012  18:43 CET

L-Awstraljana ta' dixxendenza Maltija Joann Formosa  kellha wirja eċċellenti waqt id-dixxiplina tal-ekwstriju individwali fil-logħob paralimpiku ta' Londra u rebħet il-midalja tad-deheb.

Formosa li għandha 51 sena u tgħix f'Melbourne kellha l-aħjar prestazzjoni fil-karriera tagħha meta kisbet punteġġ ta' 71.955 biex marret fit-tielet post wara l-Brittaniku Lee Pearson u l-Awstrijak Pepo Puch fil-bidu tal-kompetizzjoni fil-kategorija Grade 1b. Hi iżda kienet determinata li tirritorna lura b'midalja tad-deheb kif fil-fatt għamlet.

“Naf dak li rrid u ninsab għatxana għalih. Kienet il-mira ta' ħajti u tista' biss tmur aħjar minn ġurnata għal oħra. Għalhekk żommu għajnejkom fuqi. Ninsab kuntenta li ġibt aktar minn 70 u kważi lanqas irrid nemmen. Hi bħal ħolma li għadni ma qomtx minnha,” qalet Formosa wara l-ewwel wirja tagħha.

Formosa kellha moral ferm għoli wara l-ewwel jum ta' kompetizzjoni u qalet li lesta biex tisfida l-aqwa atleta Britanniku, Lee Pearson li kien ilu jiddomina dan l-event 1b sa mis-sena 2000 fejn  rebaħ disa' midalji paralimpiċi. 

“Dejjem żammejt mal-miri tiegħi. Naf fejn irrid immur u naf x'irrid. Żammejt biss ma' dak li nemmen u issa kont kapaċi nirrealizzah,” qalet Formosa li qed tikkompeti biż-żiemel tagħha Worldwide PB.

Joann Formosa kienet weġġgħet b'inċident taż-żiemel u baqgħet mingħajr l-użu sħiħ ta' saqajja.

F'Malta Formosa għandha jgħixu  bosta qraba fosthom zijiet u kuġini u l-ġunral il-mument tal-ħarġa tad-19 ta' Awwissu kien ippubblika artiklu sħiħ dwar din l-atleta ta' dixxendenza Maltija li stqarret li tixtieq li tiġi żżur il-qraba tagħha f'Malta u forsi issa se tkun tista' tagħmel dan bħala Champion tal-logħob paralimpiku.

Missier Joann kien emigra lejn l-Awstralja meta kien għadu ġuvni u żżewweġ hemm fejn kellu erbat ibniet u tifel. F'Malta missieru kellu wkoll razzett tal-baqar f'Tal-Balal.

Bookmark Print page Email page
Deheb għal Joann Formosa f'Londra
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Sultana jtejjeb il-ħin tiegħu
Sodisfatt ħafna bir-riżultat li kiseb fl-Olimpjadi ta' Londra 2012
Id-9 post fid-dinja hu riżultat pożittiv ħafna
Iktar minn ħames miljun viżitatur fiċ-ċentru kummerċjali Westfield
Punti ewlenin
10:26 Tibda l-votazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Viċi Kapijiet
10:54 L-attakki tal-Gvern Laburista mhux se jżommu lill-Oppożizzjoni milli ssemma leħinha
15:35 L-ewwel eliminatorja tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013
13:49 €2.6 miljun fis-sena f'konsulenzi
iktar aħbarijiet
17:03 Tkompli l-inċertezza dwar il-festa taż-Żejtun
16:27 Turkish Airlines ittir lejn Malta għall-ewwel darba
16:02 Il-PN jawgura suċċess lill-kontiġent Malti
15:35 L-ewwel eliminatorja tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013
15:00 Is-Servizzi Sigrieti Ingliżi kienu f'kuntatt ma' wieħed mill-qattiela
14:54 Mario Galea jmexxi l-missjoni ta' osservaturi fl-elezzjoni f'Cayman
13:49 €2.6 miljun fis-sena f'konsulenzi
13:38 Mixja biex titqajjem kuxjenza dwar il-Multiple Sclerosis
13:32 Stqarrijiet żbaljati mill-Ministru Leo Brinċat f'laqgħa dwar il-Wasterv
11:55 “Il-Politika tal-Gvern dwar l-iżvilupp tal-lukandi hija żball” - AD
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.