MaltaRightNow.com sezzjoni: sport
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Formula Wieħed

Deċiżjoni din il-ġimgħa dwar Neurburgring u Istanbul


9 ta' Jannar, 2013  18:09 CET

Il-Kap kummerċjali tal-Formula 1 Bernie Ecclestone qal li Neurburgring mistenni li jkun qed jilqa’ fih il-GP tal-Ġermanja din is-sena u l-ftehim jista’ jintlaħaq din il-ġimgħa wara aktar negozjati.
 
Ecclestone li għandu 82 sena qal li l-kalendarju li kien approvat mill-FIA f’Novembru se jkollu disponibbli 19-il tiġrija minflok 20.
Dan il-kalendarju għandu t-tiġrija tal-Ġermanja skedata għas-7 ta’ Lulju f’ċirkwit li għad irid jiġi konfermat u tiġrija oħra f’post mhux magħruf fl-Ewropa għall-21 ta’ Lulju. Din kienet mistennija tkun għall-GP tat-Turkija qabel twaqqfu n-negozjati minħabba problemi ta’ flus.
 
Fil-ġimgħat li għaddew kien hemm spekulazzjonijiet li l-Grand Prix jista’ jsir fi Franza, fit-Turkija u fl-Awstrija. Kien hemm anke offerta min-naħa tar-Red Bull biex jorganizzaw Grand Prix fl-Awstrija fiċ-ċirkwit tagħhom.  “Naħseb li se nagħmlu Grand Prix f’Istanbul,” qal Ecclestone. Minkejja li l-Grand Prix mistenni jsir fit-Turkija, il-Ministru tal-Isport tal-pajjiż qal li mhux se jagħti flus lill-organizzaturi. 
 
Fl-aħħar snin, Neurburgring u Hockenheim kienu jalternaw bejniethom bħala l-postijiet fejn isir il-GP tal-Ġermanja u din is-sena mistenni jkun dan tal-ewwel li jorganizza t-tiġrija.
 
Madankollu l-problemi finanzjarji taċ-ċirkwit wasslu għal ċerti inċertezzi. “Suppost għandu jkun Nuerburgring u se nagħmlu minn kollox biex dan iseħħ. Se nkun qed nitkellem magħhom,” qal il-biljunarju li kabbar il-kalendarju tal-F1 għal destinazzjonijiet ferm bogħod mill-qalba tal-isport fl-Ewropa. Nuerburgring mistenni li jinbiegħ b’irkant aktar tard din is-sena.

Bookmark Print page Email page
Deċiżjoni din il-ġimgħa dwar Neurburgring u Istanbul
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Mhux se jibqgħu jipprovdu tyres
Rosberg bl-aħjar ħin
Alonso jwettaq l-impossibbli f’pajjiżu
Rosberg fil-pole position f''Barcellona
Alonso jrid inaqqas id-distakk f'pajjiżu
Punti ewlenin
10:26 Tibda l-votazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Viċi Kapijiet
10:33 Ġuvni jsofri ġrieħi gravi
09:19 Raġel jsofri ġrieħi gravi f'argument fil-Marsa
20:00 Il-Pulizija tikkonfiska munizzjon li nstab fuq dgħajsa
iktar aħbarijiet
10:54 L-attakki tal-Gvern Laburista mhux se jżommu lill-Oppożizzjoni milli ssemma leħinha
10:33 Ġuvni jsofri ġrieħi gravi
10:26 Tibda l-votazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Viċi Kapijiet
09:19 Raġel jsofri ġrieħi gravi f'argument fil-Marsa
22:34 Żvelata speċi ta' cockroach b'sens 'għal kontra l-periklu'
21:42 Ftuħ uffiċjali ta' lukanda ġdida fin-nosinhar ta' Malta
21:23 Raġel ta' 30 sena akkużat li attakka Pulizija
21:12 Offerta ta' 1.2 miljun għal vjaġġ fl-ispazju ma' Leonardo Di Caprio
21:08 Iz-zona ewro hi aktar stabbli
21:04 Kesħa, xita u borra
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.