MaltaRightNow.com sezzjoni: Kurżitajiet
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Kurżitajiet

Illum kellha tispiċċa d-dinja...

Neil CAMILLERI
21 ta' Diċembru, 2012  18:02 CET

Għadna hawn - minkejja xhur sħaħ nisimgħu li ġejja l-aħħar tad-dinja, il-21 ta' Diċembru kienet ġurnata normali. La d-dinja u lanqas iċ-ċivilizzazzjoni umana ma spiċċaw.

Ix-xniegħa, jew aħjar il-profezija, li l-Ġimgħa kellha tkun l-aħħar tad-dinja, ġiet interpretata mill-kalendarju antik tal-kultura Maya fl-Amerika t'Isfel. Dan il-kalendarju kumplikat hu bbażat fuq sistema ta' ċikli twal. Jispiċċa ċiklu u jibda ieħor u kien infatti hawn li sar l-iżball - il-21 ta' Diċembru 2012 hija l-ġurnata fejn jispiċċa wieħed minn dawn iċ-ċikli u jibda li jmiss.

Iżda ħafna madwar id-dinja ħadu din il-profezija b'serjeta' kbira. Fiċ-Ċina l-Pulizija arrestat mijiet ta' membri ta' kult li jemmnu fl-aħħar tad-dinja u eluf madwar id-dinja ppreparaw għal din l-eventwalita' u remaw il-kantini b'ikel u provvisti bħal li kieku jekk tispiċċa d-dinja dan se jagħmillhom xi ġid.

Żgur li minn dan kollu sejrin tajjeb dawk li remaw bl-ikel ħdejn it-tempji tal-Maya f'pajjiżi bħall-Messiku, il-Honduras u l-Peru, postijiet li f'dawn is-siegħat qed iżuruhom eluf ta' turisti.

Jidher li għalissa l-aħħar tad-dinja se nibqgħu narawha biss fil-films. Għalkemm il-ġurnata tispiċċa f'nofs il-lejl - min jaf, sa dak il-ħin kollox jista' jiġri.

Bookmark Print page Email page
Illum kellha tispiċċa d-dinja...
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Għaliex m’għandekx tipposponi għal għada dak li jista’ jsir illum....
Bomber Ġermaniz uniku tat-Tieni Gwerra Dinjija se jittella' minn qiegħ il-Kanal Ingliż
CD ta' Winter Moods għal Puttinu Cares
Jinstab djamant blu ta' 25.5 karat fl-Afrika t'Isfel
Malta fost l-aqwa destinazzjonijiet għall-bugħaddasa
Punti ewlenin
23:46 Illum hemm tmexxija ġdida fil-PN - Simon Busuttil
23:28 Qegħdin hawn biex nerġgħu niksbu r-rispett u l-fiduċja tan-nies - Mario de Marco
07:42 Eletti l-membri tal-eżekuttiv
21:16 Suldat Franċiż attakkat waqt ronda f'Pariġi
iktar aħbarijiet
07:42 Eletti l-membri tal-eżekuttiv
23:46 Illum hemm tmexxija ġdida fil-PN - Simon Busuttil
23:28 Qegħdin hawn biex nerġgħu niksbu r-rispett u l-fiduċja tan-nies - Mario de Marco
22:49 Eletti l-Viċi Kapijiet tal-PN
21:16 Suldat Franċiż attakkat waqt ronda f'Pariġi
21:10 Mario de Marco u Beppe Fenech Adami eletti Viċi Kapijiet tal-PN
20:59 Mara ssofri ġrieħi gravi meta taqa' ġo bir
19:46 Tnaqqis fil-baġit għall-iskejjel
19:43 Siġġijiet itiru fl-Emerġenza
19:01 Nature Trust iddiżappuntata bil-MEPA
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.