MaltaRightNow.com sezzjoni: Xjenza u Teknoloġija
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Xjenza u Teknoloġija

Skopert il-pajsaġġ moħbi ta' Malta


4 ta' Jannar, 2013  15:28 CET

Pajsaġġ terrestri fi stat ta' preservazzjoni eċċezzjonali mgħarraq fl-ilmijiet mal-kosta tal-Gżejjer Maltin li juri d-dehra tal-arċipelagu t'20,000 sena ilu, ġie skopert minn xjenzati tal-baħar.  

Il-livell tal-baħar li għola matul dawn l-aħħar 20,000 sena, għarraq 450 kilometru kwadru ta' dan il-pajsaġġ. Ix-xjenzati tal-baħar sabu li li l-Irdum ta' {ad-Dingli kien 380 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar, u dan ifisser li l-parti l-kbira tal-Gżejjer Maltin illum tinsab taħt l-ilma. Il-Belt Valletta kienet tinsab 10 kilometri 'l ġewwa mill-kosta u l-kosta minn Marsalforn sa Pembroke kienet tikkonsisti f'irdum wieqaf mal-kosta  li kien imnaqqax b'aktar minn 20 wied. 

Tim internazzjonli ta' ġeoloġisti għamel rikostruzzjoni bl-akbar dettall tal-maġġoranza ta' dan il-pajsaġġ mgħarraq permezz ta'stħarriġ ta'qiegħ il-baħar madwar il-gżejjer Maltin b'tekonoloġija avvanzata li tipproduċi mapep. Ir-riżultati ta' dan l-istudju, li huma importanti għal diversi raġunijiet, se jiġu ppubblikati fil-ġurnal internazzjonali ewlieni 'Marine Geology' li jirraporta żviluppi fil-ġeoloġija tal-baħar u l-ġeofiżika. Fost oħrajn, dam l-istudju, li kien immexxi minn Dr. Aaron Micallef mill-Università ta' Malta, jidentifika liema żoni tal-ilmijiet ksotali ta'Malta huma ta'riksju għall-infrastruttura ta'qiegħ il-baħarm jixirqilhom protezzjoni minn attivitajiet umani jew jipprovdu attrazzjoni għall-għaddasa u b'hekk jikkontribwixxi informazzjoni prezzjuża għal min jippjana l-ispazju tal-baħar.

Aktar investigazzjonijiet jistgħu jitfgħu dawl fuq l-oriġini tas-soċjetà megalitika Maltija u r-rotot ta' migrazzjoni tal-annimali għal siti bħal dawk t'Għar Dalam. Dan l-situdju jagħmel parti minn MAPSCAPE, proġett li jinvolvi lil CNR-ISMAR, iċ-Ċentru Nazzjonali tal-Oċeanografija, lil CNR-IRPI u l-Università ta' Modena u Reggio Emilia. 

Bookmark Print page Email page
Skopert il-pajsaġġ moħbi ta' Malta
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
It-13-il edizzjoni tas-Science Expo
Open day organizzata mill-NSTF
Workshop għar-riċerka fl-ICT
HP u s-Samsung iniedu servizz ta' stampar mill-mobiles
Samsung jniedu l-Galaxy S4
Punti ewlenin
14:37 Posposti appuntamenti fl-Isptar Mater Dei b'numru ta' xhur
12:37 'Malta Tagħna Lkoll', imma għal xi uħud iktar
12:01 Malta għandha ekonomija reżiljenti, sistema bankarja b'saħħitha u rata baxxa ta' qgħad
13:48 Ir-rikors kostituzzjonali fuq it-tmienja u t-13 il-Distrett
iktar aħbarijiet
15:43 Ammont qawwi ta' ramel jgħatti partijiet kbar ta' Malta
15:40 Right of reply tas-Sindku ta' Ħal Luqa
13:48 Ir-rikors kostituzzjonali fuq it-tmienja u t-13 il-Distrett
12:37 'Malta Tagħna Lkoll', imma għal xi uħud iktar
12:01 Malta għandha ekonomija reżiljenti, sistema bankarja b'saħħitha u rata baxxa ta' qgħad
11:43 Detentur tal-liċenzja tax-xogħol tan-nar mhux ħati li kkawża ġrieħi gravi fuq tifel
09:00 Anzjan fil-periklu tal-mewt wara ħabta f'Tal-Barrani
21:16 Irrid nkunu sensittivi għall-bidliet li qed iseħħu - Claudette Buttigieg
21:02 Iġġudikawni fuq dak li għamilt - Beppe Fenech Adami
21:00 Il-PN irid jagħti importanza lin-Nofsinhar ta' Malta - Mario de Marco
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.