MaltaRightNow.com sezzjoni: Mill-Qorti
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Qorti

Serq ta' ċilindri tal-gass u ta' diversi għasafar

Ray ABDILLA
9 ta' Jannar, 2013  13:05 CET

Vincent Spalding ta' 39 sena minn Bormla u Jonathan Gauci ta' 30 sena mill-Birgu nstabu ħatjin li fit-23 ta' Jannar tal-2011, tard filgħaxija meta kienu fil-Fortizza Rikasli, li tinsab fil-limiti tal-Kalkara, serqu disa' ċilindri tal-gass propane, liema valur jammonta għal madwar €200 għad-dannu ta' ċertu Kenneth Cassar. 

Spalding u Gauci ammettew mal-Pulizija li kienu nvoluti fis-serq. Gauci waħdu nstab ħati li fl-istess ġurnata u anke tard filgħaxija, fl-istess inħawi seraq għadd ta' għasafar  li jammontaw għal €1,300 għad-dannu ta' ċertu Lawrence Borg. 

Il-fatti ħarġu minn dak li xehdu Lawrence Borg u Kenneth Cassar fejn għall-ħabta tat-8.30 p.m. Borg kien mar il-forti u sab li kien hemm sgass. Hu reġa' sakkar u telaq, iżda dak il-ħin kien innota li għadd kbir mill-għasafar li kellu fil-kamra tiegħu kienu nsterqu.

Madwar nofs siegħa wara reġa' mar u sab li reġa' kien hemm sgass u li kienu nsterqu żewġ għasafar oħrajn. L-għada filgħodu huwa għamel rapport lill-Pulizija u fl-investigazzjoni rriżulta li kien hemm disa' ċilindri ta' Kenneth Cassar nieqsa. Fir-recordiungs tas-CCTV cameras li kien hemm fil-post ġew innotati żewġ persuni.

Wieħed minnhom ġie identifikat mill-Pulizija bħala Jonathan Gauci, u li ħwejjeġ identiċi tiegħu waqt li kienet saret is-serqa nstabu fid-dar tiegħu. Waqt l-investigazzjonijiet tal-Pulizija, dawn kienu nfurmati li l-persuna l-oħra nvoluta kienet Vincent Spading.

Gauci tpoġġa taħt ordni ta' probation għal żmien sena u taħt ordni ta' servizz fil-kommunita' għal 40 siegħa. Spalding minn naħa tiegħu ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor fi żmien sena. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Frank Sammut. Il-każ instema' quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke.

Bookmark Print page Email page
Serq ta' ċilindri tal-gass u ta' diversi għasafar
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
David Zerafa jeħel għomru l-ħabs
Illiberat l-eks sindku ta' Ħaż-Żebbuġ
Direttur tal-kumpanija GO jitlob li każ dwar fastidju jkollu smigħ xieraq
Il-Ġurati jibdew jiddeliberaw fil-ġuri dwar il-qtil tal-Avukat Michael Grech
Jitressaq il-Qorti akkużat bi traffikar u pussess tad-droga
Punti ewlenin
15:14 David Zerafa jeħel għomru l-ħabs
20:05 Joseph Muscat jaħbi l-fatt li l-kumpanija ċiniża hija black-listed
18:41 Il-PN jappella lill-Gvern biex jagħmel l-istudji kollha meħtieġa dwar il-power station il-ġdida
18:10 Il-PN hu impenjat li jżomm punt ta' kuntatt mal-MGRM – Simon Busuttil
iktar aħbarijiet
22:15 Ikompli jberraq għall-5 Stelle
22:14 Uffiċjali ewlenin tal-era Gaddafi ma jinstabux ħatja, iżda...
22:09 Akkużat b’reati fit-Tieni Gwerra Dinjija
22:08 Id-destin ta’ Assad ‘evitat’
22:02 Arrestat talli pprova jirrepeti l-protesta tal-1989
21:55 Sensiela ta’ arresti
21:46 L-ibliet prinċipali jaraw l-akbar protesti f’għoxrin sena
21:04 Dubji dwar id-destin ta' proġett għal dar tal-anzjani f'Birkirkara
21:01 180 każ ta' tfal bl-Islapped Cheek Syndrome
20:46 Il-PN jitlob rimedju għall-messaġġ tal-Prim Ministru mxandar fuq TVM
Editorjal

Diżappunt qawwi u kmieni

Diżappunt qawwi u kmieni
Opinjoni

Taħseb li n-nies huma ddiżappuntati wara mitt jum ta' gvern Laburista?

Iva
Le
Ma nafx