Ray ABDILLA
30 ta' Lulju, 2010
12:54 CET |
Raġel mis-Sirja u li qal fil-Qorti li huwa Kurd u raġel mill-Mali kienu kundannati sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn wara li ammettew quddiem il-Maġistrat Jacqueline Padovani li ppruvaw jaħarbu minn Malta illegalment.
Mohammed Hannan, ta' 31 sena minn Damascus, ammetta li minkejja li kellu passaport, kellu wkoll dokument falz ta' identifikazzjoni għal residenza fl-Italja. Hannan inqabad il-Belt Valletta nhar il-Ħamis li għadda.
B'mod separat anke Tati Dabo ta' 27 sena mill-Malti ammetta li waqt li kien qiegħed fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta ipprova jaħrab b'passaport u permess ta' residenza foloz.
Għal Hannan deher l-Avukat Jose Herrera u l-Prokoratur Legali Noel Bianco filwaqt li għal Dabo deher l-Avukat tal-Għajuna Legali Noel Bartolo.
|