maltarightnow.com
3 ta' Jannar, 2009
13:18 CET |
Is-sitwazzjoni preżenti fl-Universita hija waħda inaċċettabbli u nġusta. Sostna dan il-Kunsill Studenti Universitarji waqt konferenza tal-aħbarjiet li saret dalgħodu, fejn ħabbar wkoll li nhar l-Erbgħa 7 ta' Jannar se jsir Rally kontra din is-sitwazzjoni li qeghda thalli impatt negattiv fuq l-istudenti. Ir-Rally se jibda fl-għaxra ta' filgħodu. Filwaqt li jgħarfu d-dritt ta' azzjonijiet min-naħa tal-Union il-KSU qal li dawn l-azzjonijiet bl-ebda mod ma għandhom jaffetwaw l-edukazzjoni tal-istudenti.
L-istudenti ma għandhomx jintuzaw bħala għodda fin-negozjati. Jekk l-azzjonijiet jibqgħu fis-seħħ u ma tinstabx soluzzjoni, is-sena akkademika tal-istudent se titħarbat. Roberta Avellino appellat wkoll lill-istudenti biex jiffirmaw pettitzjoni online fuq is-sit elettroniku www.ksu.org.mt biex b'hekk l-istudenti juru d-disapprovazzjoni tagħhom għal dawn id-direttivi, li mistennija jolqtu l-iktar lil dawk li qed jistennew ir-riżultati biex japplikaw għax-xogħol.
Tħabbar wkoll li l-KSU bl-ebda mod ma hu se jaċċetta l-possibilta li l-eżamijiet kollha jsiru f'Ġunju. Dan għaliex joħloq tensjoni fost l-istudenti u għax l-Universita ma għandiex biżżejjed riżorsi umani biex tlaħħaq mal-parti amministrattiva tal-eżamijiet. Aktar dettalji illejla waqt NET NEWS.
|