21 ta' Lulju, 2010
12:42 CET |
Matul ix-xahar ta' Ġunju l-indiċi tal-prezzijiet naqas b' 0.4% meta mqabbel max-xahar ta' qabel. Skont ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika, dan it-tnaqqis kien ir-riżultat ta' roħs fl-indiċi tal-ħwejjeġ, roħs f'servizzi relatati mat-televiżjoni u roħs f'xi frott u appliances.
Min-naħa l-oħra, kien hemm żidiet marġinali f'oġġetti ta' ġojjellerija, biljetti tal-ajru u xi servizzi mediċi.
Ir-rata tal-inflazzjoni f'Ġunju kienet ta' 1.39%. Waqt li l-inflazzjoni medja fuq perjodu ta' sena minn Ġunju tas-sena l-oħra sax-xahar li għadda kienet ta' 0.74%.
|