1 ta' Jannar, 2013
15:22 CET |
Waqt l-omelija tiegħu fil-quddiesa tal-ewwel tas-sena, il-Papa Benedittu XVI tenna li kien konvint li l-paċi kienet se tirbaħ fis-sena 2013, minkejja l-ambjent politiku perikoluż fl-Lvant Nofsani u partijiet oħrajn tad-Dinja.
Huwa ħeġġeġ lill-Insara jfittxu t-tajjeb ta' madwarhom, filwaqt li ħeġġeġ biex tiżdied l-għajnuna lejn il-foqra u nies fil-bżonn.
Wara l-quddiesa il-Papa Benedittu XVI wassal l-awguri tiegħu għas-sena l-ġdida b'bosta lingwi, fosthom il-Malti
|