MaltaRightNow.com sezzjoni: Ekonomija
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Edukazzjoni
Divertiment
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Tazza tad-Dinja 2010
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Sport Ieħor
Champions League
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Ekonomija

Jitnieda d-Dokument ta' Qabel il-Baġit 2011


27 ta' Lulju, 2010  10:19 CET

Ftit tal-ħin ilu, fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta, il-Ministru tal-Finanzi Tonio Fenech nieda id-dokument ta' qabel il-baġit 2011.

Il-Ministru spjega li fis-sentejn li għaddew il-Gvern poġġa l-enfasi tal-ħidma tiegħu biex jilqa' għall-isfidi tal-kriżi ekonomija u finzarjarja, billi b'mod partikolari intervjena fejn meħtieġ biex jiżgura u joħloq il-postijiet tax-xogħol. Dan sar filwaqt li kompla l-investiment fil-qasam edukattiv u dak soċjali. Huwa qal li l-pass li jmiss hu li, waqt li jkun żgurat l-irkupru ekonomiku, ma tintesiex il-ħtieġa li jissaħħaħ aktar il-qafas soċjali tal-pajjiż.

Id-Dokument jisħaq fuq il-bżonn ta' tisħiħ tal-investiment fis-saħħa u l-edukazzjoni, filwaqt li jipprovdi impenn ċar li titħares is-sistema ta' solidarjeta' tagħna li għandha timxi id f'id mat-tkabbir ekonomiku.

Il-Ministru Fenech spjega li kien kruċjali li l-pajjiż jibqa' kompetittiv fi żmien ta' riċessjoni internazzjonali.

Issa l-pajjiż irid jara kif isostni t-tkabbir fl-ekonomija filwaqt li jkompli jipprovdi l-għodod tal-edukazzjoni u t-taħriġ, għall-kisba ta' kulħadd. Dan ukoll fid-dawl tal-miri għall-Viżjoni 2015.

Il-Ministru wissa' wkoll fuq il-ħtieġa li titkompli titħares is-sostenibbilta' tal-finanzi tal-pajjiż. Huwa fakkar li, fejn pajjiżi oħrajn għollew it-taxxi bħall-income tax u l-VAT, fl-2009 Malta ilha tnaqqas ir-rata tal-income tax mill-2007. Minn din is-sena tnaqqset ukoll l-income tax għas-self employed u n-negozji żgħar li jimpjegaw u jinvestu aktar.

Tonio Fenech sostna wkoll li Gћawdex hija gżira b'wirt u kultura uniċi, bil-vantaġġi u l-iżvantaġġi partikolari tagћha, u gћalhekk jixirqilha strateġija ekonomika differenti. Il-ħidma favur Għawdex għandha tiffoka tliet setturi partikolari, l-agro-kultura, it-turiżmu lokali u barrani kif ukoll l-ekonomija bbażata fuq l-gћarfien.

Mad-Dokument ta' Qabel il-Baġit ġew ippubblikati wkoll Rapport dwar l-Inflazzjoni kif ukoll abbozz ta' TaxPayer's Charter għall-konsultazzjoni.

Il-Ministru ħeġġeġ lill-korpi kostitwiti biex jiġbru dan id-dokument mid-Dipartiment tal-Informazzjoni, mis-sit www.finance.gov.mt u jibagħtu l-kummenti tagħhom fuq malta.budget@gov.mt jew bil-posta fuq "Ministeru tal-Finanzi, l-Ekonomija u Investiment, Triq Nofsinhar, il-Belt" jew fuq telefon 25998244.

Bookmark Print page Email page
Jitnieda d-Dokument ta' Qabel il-Baġit 2011
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
L-ekonomija Maltija tkompli tikber għat-tielet perjodu konsekuttiv
Malta bit-tieni l-akbar żieda fil-bejgħ fost il-pajjiżi tal-EU
Tisħiħ tal-koperazzjoni ekonomika u politika bejn Malta u l-Ġermanja
Aktar titjib fil-finanzi tal-Gvern
Żieda ta' 7.8% fil-produzzjoni industrijali
`
Punti ewlenin
14:03 Titħabbar il-mewt ta' missier il-President George Abela
13:57 Isir il-funeral ta' Ġiġi Gonzi, missier il-Prim Ministru
15:49 L-ekonomija Maltija tkompli tikber għat-tielet perjodu konsekuttiv
06:55 Titlef ħajjitha l-ħames vittma tal-isplużjoni fl-Għarb
iktar aħbarijiet
17:06 L-Universita' ma rrifjutatx applikazzjonijiet għall-kors tan-Nursing
17:06 Imfakkar Jum il-Vitorja
16:36 Tnejn akkużati bi ħruq ta' bastiment u lanċa tas-sajd
16:21 Ikkonfermata sentenza dwar tliet eks membri tal-Korp tal-Pulizija
16:14 Jallega li avviż li rċieva biex titwaqqa residenza huwa llegali
16:05 Ħarsa madwar id-dinja
15:49 L-ekonomija Maltija tkompli tikber għat-tielet perjodu konsekuttiv
15:37 Jinżamm arrestat wara li allegatament faqa' tazza f'wiċċ peruna
14:03 Titħabbar il-mewt ta' missier il-President George Abela
13:57 Isir il-funeral ta' Ġiġi Gonzi, missier il-Prim Ministru
Editorjal

Miet il-politiku tal-persważjoni

Miet il-politiku tal-persważjoni
Opinjoni

Int se tattendi għall-Festi tal-Indipendenza, li se jsiru bejn is-16 u l-20 ta' Settembru fuq il-Fosos?

Iva
Le
Forsi