MaltaRightNow.com sezzjoni: internazzjonali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Internazzjonali
SENA MILL-GĦARQA TAL-COSTA CONCORDIA

Jitneħħa mill-inħawi ta' Giglio sa Settembru


13 ta' Jannar, 2013  19:50 CET

Il-vapur tal-cruises ‘Costa Concordia’, li bħall-bieraħ sena ilu, inqaleb ’il hinn mill-gżira ta’ Giglio (fl-Italja) u bir-riżultat li tilfu ħajjithom ’il fuq minn tletin persuna, għandu jitneħħa mill-inħawi fir-reġjun tat-Toskana sa Settembru ‘bħala l-massimu’.

Il-‘Costa Concordia’ ilu maqlub fuq ġenb wieħed minn dakinhar, u peress li jinsab f’ibħra ddikjarati bħala riżerva naturali marittima, kull sforz biex il-vapur jiżżarma jista’ jħalli riperkussjonijiet negattivi għall-ambjent lokali.

Għaldaqstant, hu mistenni li l-vapur jintrefa’ u jinġibed lejn art ‘aktar ’il ġewwa’ u fejn ikun żarmat – bl-analiżi li ‘jista’ jkun impossibbli’ li l-‘Concordia’ jitneħħa mill-inħawi preżenti sa Ġunju (l-eqqel tal-istaġun turistiku).

Ir-residenti tal-lokalità huma ddisprati biex il-vapur jitneħħa peress li jiddependu kważi għal kollox mit-turiżmu. Minkejja li l-vapur maqlub fih innifsu hu ‘element kurjuż’ li jattira lill-barranin (turisti), hu mifhum li dawn iqattgħu l-anqas żmien possibbli fl-inħawi u ma jonfqu ‘kważi xejn’.

Ir-residenti ta’ Giglio jinsistu li t-turiżmu tradizzjonali – il-barranin iqattgħu btajjel fit-tul fl-inħawi – naqas bi kważi erbgħin fil-mija.

Dan, meta n-nies ma jridux iqattgħu l-vaganza f’inħawi li nbidlu ‘f’ċentru għal ħidma kolossali tas-salvataġġ’, bil-preżenza tal-vapur imgħarraq ftit ’il hinn mill-port ta’ kuljum tfakkar lir-residenti ta’ Giglio fid-diżastru.

Il-kaptan tal-‘Costa Concordia’, Francesco Schettino, hu akkużat li kkawża t-traġedja ta’ sena ilu u jrid iwieġeb dwar qtil involontarju u ‘aġir mhux xieraq’ għaliex qed jingħad li hu abbanduna l-vapur qabel aċċerta li l-passiġġieri kollha kienu salvi.

Bookmark Print page Email page
Jitneħħa mill-inħawi ta' Giglio sa Settembru
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Oklahoma tagħmel il-kontijiet
L-ewwel każ tal-virus il-ġdid
Issaħħaħ is-sigurtà madwar l-ambaxxati
Iħejju għat-tmiem ta’ era
Maqtul raġel b’rabta mal-bombi ta’ Boston
Punti ewlenin
19:33 Probabilta' kbira li l-Kummissjoni Ewropea tiftaħ proċeduri kontra l-Gvern Malti
21:06 "Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
21:04 "Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
21:03 "Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
iktar aħbarijiet
21:32 Twissija ta' riefnu
21:24 'Tomorrow' ta' Gianluca Bezzina tagħmel hit fl-Ingilterra!
21:06 "Determinazzjoni biex tingħeleb id-disfatta elettorali" - Mario de Marco
21:04 "Is-sehem ta’ kulħadd biex il-PN ikun qrib in-nies" - Claudette Buttigieg
21:03 "Sens ta' umilta`, lealta` u servizz lejn il-Partit" – Beppe Fenech Adami
20:13 Oklahoma tagħmel il-kontijiet
20:11 L-ewwel każ tal-virus il-ġdid
20:09 Issaħħaħ is-sigurtà madwar l-ambaxxati
19:53 Iħejju għat-tmiem ta’ era
19:50 Maqtul raġel b’rabta mal-bombi ta’ Boston
Editorjal

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija

Paranoia Laburista mill-media u t-teknoloġija
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.