Matthew MAMO
12 ta' Jannar, 2013
17:31 CET |
Il-Birżebbuga Environmental Action Group flimkien mal-Kunsill Laburista ta' Birżebbuġa ppreżentaw studju tal-Kunsill li jidentifika il-livell ta' ħsejjes mill-Freeport skont kif jinstema' minn erba' toroq fil-lokal.
Waqt il-preżentazzjoni tal-konklużjonijiet ta' dan l-istudju, kienu preżenti s-Sindku Joe Farrugia u l-kunsillieri Laburisti ta' Birżebbuġa, il-kandidati laburisti tad-distrett ta' Birżebbuga Karmenu Vella u Edward Scicluna u l-Viċi President tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo.
Kemm il-Kunsill Lokali u l-Action Group qed jitolbu li r-residenti jinbidlulhom it-twieqi għal dawk b'double glazing u li tiġi nstallata s-sistema ta' aircondition.
Dan barra li jippretendu li l-Freeport jieqaf jopera jew inaqqas l-operat tiegħu matul il-lejl.
Qalu li wara dan, il-pass li jmiss ikun li r-residenti jingħataw kumpens tad-devalutazzjoni tal-propjeta' tagħhom.
Il-kelliema qalu li għar-residenti din hija sfida oħra apparti tal-ajruport u tal-power station innifisha.
|