MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Jibqa' jaħrab milli jwieġeb dwar ir-rapporti tekniċi tal-proposta tal-enerġija


10 ta' Jannar, 2013  15:05 CET

Il-Malta Labour Party m'għandux pjan alternattiv, Plan B. Jekk ma jsibx investituri privati li minn buthom ikunu lesti li jinvestu aktar minn €300 miljun, il-wegħda tal-Mexxej Laburista li jorħsu l-kontijiet ittir mar-riħ.

Dan joħroġ ċar minn dak li qal Muscat stess waqt attività politika  li saret fil-Fgura li matulha reġa' pprova jfiehem il-prosposta li għandu hu biex iraħħas il-kontijiet, liema proposta tfisser li pajjiżna jiġi dipendenti mill-privat għall-enerġija.

Filwaqt li qal li huwa kunfidenti li jkun hemm xi ħadd mis-settur privat li jinvesti aktar minn €300 miljun, Muscat tenna wkoll li m'għandu xejn f'idejh u ma laħaq ftehim ma ħadd biex tinbena powerstation ġdida, kif irid hu. 

Mill-preżentazzjoni li saret mill-konsulenti DNV Kema, li qabbad il-MLP stess, jirriżulta li bil-konverżjoni tal-estensjoni tal-BWSC f'Delimara għall-gass u l-bini tal-pipeline tal-gass minn Malta għal Sqallija, bl-għajnuna tal-fondi Ewropej, kemm il-kontijiet kif ukoll il-provvista tal-gass jiġu irħas mill-bini ta' powerstation ġdida kif qed jipproponi Muscat.

Mistoqsi mill-ġdid meta se jippubblika r-rapporti tekniċi u fid-dettall dwar din il-proposta, anke Muscat, bħal esponenti oħra Laburisti qablu, ħarab milli jwieġeb.

Waqt il-konferenza tal-MLP, fejn tħabbret din il-prosposta, il-ġurnalisti ġew imwegħda mid-Deputy Leader tal-MLP Louis Grech li se jingħataw kopja ta' dawn ir-rapporti iżda s'issa ġiet ippubblikata biss il-preżentazzjoni li saret dakinhar.  

Din tinsab fuq is-sit elettroniku ta' Muscat u mhux fuq il-website uffiċjali tal-MLP.

Bookmark Print page Email page
Jibqa' jaħrab milli jwieġeb dwar ir-rapporti tekniċi tal-proposta tal-enerġija
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Bdiewa tad-tadam inkwetati għax għadhom ma ngħatawx sussidju tas-soltu
Splużjoni ta' kamra tan-nar fl-inħawi ta' Ħaż-Żebbuġ
Il-ġuvni arrestat wara "xena bħal tal-films" u tir ta' twissija
Jitilgħu għal 262 l-impjegati mal-Ministeri minn barra ċ-ċivil
Il-PN iddipjaċut bil-'faqar tal-Gvern Laburista fil-ħarsien tal-annimali'
Punti ewlenin
16:35 Splużjoni ta' kamra tan-nar fl-inħawi ta' Ħaż-Żebbuġ
11:00 'Car chase' sfrenata f'Ħaż-Żebbuġ il-lejl li għadda
16:28 Il-ġuvni arrestat wara "xena bħal tal-films" u tir ta' twissija
09:45 Approvat it-tieni miraklu ta' Ġwanni Pawlu II
iktar aħbarijiet
16:57 Bdiewa tad-tadam inkwetati għax għadhom ma ngħatawx sussidju tas-soltu
16:35 Splużjoni ta' kamra tan-nar fl-inħawi ta' Ħaż-Żebbuġ
16:28 Il-ġuvni arrestat wara "xena bħal tal-films" u tir ta' twissija
15:48 Jitilgħu għal 262 l-impjegati mal-Ministeri minn barra ċ-ċivil
15:21 Imniedi laboratorju ġdid tal-IT għand il-Kunsill tan-Naxxar
14:35 Il-PN iddipjaċut bil-'faqar tal-Gvern Laburista fil-ħarsien tal-annimali'
14:29 Miċħuda talba biex każ ta' fastidju sesswali ma jinstemax mill-bord tal-kumpanija GO
13:32 L-Avukat Gatt jgħid li Vince Farrugia ma qalx il-verità fuq dak li ġara ma’ Sandro Chetcuti
13:20 Is-sena li għaddiet waslu 1,890 immigrant irregolari
11:52 Simon Busuttil: Tim ġdid u żagħżugħ li qed jaħdem b'entużjażmu u enerġija
Editorjal

Diżappunt qawwi u kmieni

Diżappunt qawwi u kmieni
Opinjoni

Taħseb li n-nies huma ddiżappuntati wara mitt jum ta' gvern Laburista?

Iva
Le
Ma nafx