MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Jiżdiedu b'2,000 dawk jaħdmu bi qliegħ bejn Awwissu '11 u Awwissu '12


14 ta' Jannar, 2013  12:08 CET

Dawk jaħdmu bi qligħ f'pajjiżna f'Awwissu li għadda żdiedu b'aktar minn elfejn, jew 1.4%, fuq l-istess xahar tas-sena ta' qabel.

Statistika tal-NSO turi li f'sena, bejn Awwissu 2011 u Awwissu 2012, dawk li għandhom impjieg full-time fil-gżejjer Maltin żdiedu għal 152,670. Dawk li qed ifittxu x-xogħol żdiedu biss bi 350 għal total ta' 6,800.

Iż-żieda fl-impjiegi kienet kollha mas-settur privat, b'dawk jaħdmu mal-privat jiżdiedu b'2,300 waqt li dawk li jaħdmu mal-Gvern naqsu bi kważi 200.  Illum is-settur privat f'Malta u Għawdex jimpjega miegħu 112,000 persuna, waqt li s-settur pubbliku jħaddem kważi 41,000 persuna.

Għal darb'oħra, kif qed johroġ xahar wara l-ieħor miċ-ċifri li jippubblika l-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, l-akbar żieda fl-impjiegi kienet fost in-nisa, bin-nisa jaħdmu f'perjodu ta' sena żdiedu b'1,700 waqt li l-irġiel żdiedu biss bi 350.

L-istatistika turi wkoll li kien hemm żidiet fl-impjiegi part-time li f'sena żdiedu b'5% għal total ta' 56,000. Żieda ta' kwazi 3,000. Mill-istatistika tal-NSO joħroġ ukoll li kien hemm żieda anke fis-Self-Employed b'dawk jaħdmu għal rashom żdiedu b'240 għal total ta' kważi 18,000.

Bookmark Print page Email page
Jiżdiedu b'2,000 dawk jaħdmu bi qliegħ bejn Awwissu '11 u Awwissu '12
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Theddida għall-awtonomija tal-OHSA b'membru parlamentari fil-Bord
Imniedi l-video "It Gets Better"
Il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi l-ħidma importanti tal-EASO
Inawgurata t-tieni pompa tal-AutoLiquigas wara s-suċċess miksub bl-ewwel pompa
Raġel jitlef ħajtu wara li ttajjar fil-Qbajjar
Punti ewlenin
18:14 Raġel jitlef ħajtu wara li ttajjar fil-Qbajjar
16:35 Raġel fil-periklu tal-mewt wara splużjoni ta' kamra tan-nar f'Ħaż-Żebbuġ
20:56 Imniedi l-video "It Gets Better"
21:20 Theddida għall-awtonomija tal-OHSA b'membru parlamentari fil-Bord
iktar aħbarijiet
21:20 Theddida għall-awtonomija tal-OHSA b'membru parlamentari fil-Bord
20:56 Imniedi l-video "It Gets Better"
20:19 Jagħrfu l-obeżità bħala marda
19:24 Il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi l-ħidma importanti tal-EASO
19:21 Lejn promozzjoni ta' ikel bnin
19:04 Massakru fi skola
18:51 Ir-ribelli jwettqu attakki fil-Libanu
18:33 Inawgurata t-tieni pompa tal-AutoLiquigas wara s-suċċess miksub bl-ewwel pompa
18:22 Żewġ żgħażagħ jammettu li serqu kwantita’ ta’ diesel minn pompi tal-petrol
18:14 Raġel jitlef ħajtu wara li ttajjar fil-Qbajjar
Editorjal

Xjuħija li hi grazzja

Xjuħija li hi grazzja
Opinjoni

Taħseb li n-nies huma ddiżappuntati wara mitt jum ta' gvern Laburista?

Iva
Le
Ma nafx