MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Inawgurata l-biċċerija l-ġdid ta' Għawdex

Gabriel ELLUL
12 ta' Jannar, 2013  19:03 CET

L-ikel huwa parti mportanti minn ħajjitna, mir-rutina ta' kuljum. U għalhekk huwa mportanti li dak li nieklu jkun proċessat b'mod iġeniku, bl-aqwa teknoloġija u skont standards Ewropej.

Huwa għalhekk li s-Sibt filgħaxija l-Prim Ministru Lawrence Gonzi inawgura biċċerija ġdida għal Għawdex, fil-prezenza tal-Ministru għal Għawdex Giovanna Debono. B'investiment ta' €2.2 miljun, din il-biċċerija ġdida bdiet topera matul din l-aħħar sena, wara xogħol estensiv li kien jinkludi bini ġdid, tiġdid tal-bini oriġinali u x-xiri ta' apparat ġdid skont regoli Ewropej.

Fid-diskors tiegħu, il-Prim Ministru rringrazzja lil bdiewa u r-raħħala Għawdxin għal ħila u d-dedikazzjoni tagħhom u talli f'dawn l-aħħar ħames snin investew aktar minn €12-il miljun ewro l-industrija.

Il-Gvern huwa mpenjat li jkompli jsaħħaħ is-settur agrikolu ta' pajjiżna, tant li f'dawn l-aħħar ħames snin, il-Gvern investa mal-€100 miljun f'għajnuna finanzjarja biex il-bdiewa u r-raħħala jżidu l-produzzjoni, jinvestu aktar u jtejjbu d-dħul tagħhom.

Dan jidher biċ-ċar mis-serer ġodda li ġew mibnija f'pajjiżna f'dawn l-aħħar snin, sal-irziezet b'teknoloġija moderna li għandna f'Malta u f'Għawdex, qal il-Prim Ministru.

U dan minbarra li ngħatat għajnuna lir-raħħala minħabba ż-żieda fil-prezz internazzjonali tal-gwież. Iktar minn hekk, il-bdiewa u r-raħħala full-time minn Jannar ta' sentejn ilu, bdew igawdu minn tnaqqis ta' 3% fuq ir-rata tas-sigurtà soċjali, filwaqt li minn Diċembru li għadda, permezz ta' liġi ġdida, bdew jingħataw iċ-ċans li jagħtu l-artijiet tagħhom bi qbiela lil qrabathom.

Ix-xogħol li sar fuq din il-biċċerija huwa parti mportanti mill-viżjoni eko-Għawdex, imħaddna mill-Gvern Nazzjonalista.

Permezz ta' dan il-proġett nispera li r-raħħala u l-bdiewa jgawdu minn ambjent tax-xogħol aħjar u l-konsumatur igawdi minn prodotti tal-ikel tal-aqwa kwalita', temm jgħid il-Prim Ministru.

Bookmark Print page Email page
Inawgurata l-biċċerija l-ġdid ta' Għawdex
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
L-attakki tal-Gvern Laburista mhux se jżommu lill-Oppożizzjoni milli ssemma leħinha
Ġuvni jsofri ġrieħi gravi
Tibda l-votazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Viċi Kapijiet
Raġel jsofri ġrieħi gravi f'argument fil-Marsa
Ftuħ uffiċjali ta' lukanda ġdida fin-nosinhar ta' Malta
Punti ewlenin
10:26 Tibda l-votazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Viċi Kapijiet
10:33 Ġuvni jsofri ġrieħi gravi
09:19 Raġel jsofri ġrieħi gravi f'argument fil-Marsa
20:00 Il-Pulizija tikkonfiska munizzjon li nstab fuq dgħajsa
iktar aħbarijiet
10:54 L-attakki tal-Gvern Laburista mhux se jżommu lill-Oppożizzjoni milli ssemma leħinha
10:33 Ġuvni jsofri ġrieħi gravi
10:26 Tibda l-votazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Viċi Kapijiet
09:19 Raġel jsofri ġrieħi gravi f'argument fil-Marsa
22:34 Żvelata speċi ta' cockroach b'sens 'għal kontra l-periklu'
21:42 Ftuħ uffiċjali ta' lukanda ġdida fin-nosinhar ta' Malta
21:23 Raġel ta' 30 sena akkużat li attakka Pulizija
21:12 Offerta ta' 1.2 miljun għal vjaġġ fl-ispazju ma' Leonardo Di Caprio
21:08 Iz-zona ewro hi aktar stabbli
21:04 Kesħa, xita u borra
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.