Amy BORG
7 ta' Jannar, 2013
19:14 CET |
L-Uffiċċju tal-President ta' Malta għal sena oħra organizza l-Kunċert tal-President għas-sena l-Ġdida 2013. Kunċert li sar il-Ħadd filgħaxija fiċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta.
Il-Kunċert kien organizzat flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu, l-Ambjent u l-Kultura b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti
Dan il-kunċert, li ilu jiġi organizzat għal dawn l-aħħar erba' snin, ttella' bis-sehem tal-Orekestra Filarmonika Nazzjonali taħt id-Direzzjoni tal-Maestro Michael Laus, b'repertorju mill-isbaħ li jawgura tajjeb għas-sena l-ġdida li għadna kif bdejna.
Matul il-kunċert wieħed seta' japprezza wkoll żfin klassiku mis-Sala tal-Gran Kunsill tal-Palazz Presidenzjali tal-Belt, bil-korjografija ta' Joanne Casabene.
Il-qliegħ kollu mill-bejgħ tal-biljetti għall-kunċert tal-President mar kollu b'risq il-Malta Community Chest Fund.
|