maltarightnow.com
10 ta' Jannar, 2013
20:33 CET |
Il-Kummissjoni Elettorali tixtieq tavża lill-eletturi li jkunu reġistrati bħala votanti f'Għawdex u jixtiequ li d-dokument għall-votazzjoni tagħhom jinġabar personalment mill-uffiċċju tal-Kummissjoni f'Malta, u l-eletturi li jkunu reġistrati bħala votanti f'Malta u jixtiequ li d-dokument għall-votazzjoni tagħhom jinġabar personalment mill-uffiċċju tal-Kummissjoni f'Għawdex, jistgħu, sas-17 ta' Jannar, 2013, jinfurmaw b'dan bil-miktub lill-Kummissjoni Elettorali.
Din it-talba ssir bil-miktub lill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali, Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali, Misraħ Sant'Iermu, il-Belt Valletta, VLT 2000, jew 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, f'Għawdex, jew permezz ta' email fuq [email protected]
Dawn id-dokumenti għall-votazzjoni jinġabru bejn it-Tnejn 4, it-Tlieta 5, l-Erbgha 6 u sa nofsillejl tal-Ħamis 7 ta' Marzu 2013, mill-Ufficcju tal-Kummissjoni Elettorali f'Malta jew f'Għawdex rispettivament. Id-dokument għall-votazzjoni jingħata biss lill-votant innifsu li jrid jippreżenta l-karta tal-identità tiegħu.
Il-formula relatata tista' titniżżel ukoll mill-website tal-Kummissjoni Elettorali www.electoral.gov.mt
|