MaltaRightNow.com sezzjoni: Arti u Kultura
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Edukazzjoni
Divertiment
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Tazza tad-Dinja 2010
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Sport Ieħor
Champions League
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Arti u Kultura

Il-Ġimgħa jintemm il-Malta Arts Festival

Charlene BUGEJA
25 ta' Lulju, 2010  15:50 CET

Nhar il-Ġimgħa ġiet fi tmiema l-5 edizzjoni tal-'Malta Arts Festival', li kien organizzat mill-Kunsill Malti tal-Kultura u l-Arti. Mifrux fuq xahar, dan il-Festival kien jinkludi 17-il attivita',u ħadu sehem aktar minn 250 artist, fil-parti l-kbira tagħhom Maltin.

Tul dawn it-tliet ġimgħat il-pubbliku seta' jgawdi minn diversi attivitajiet fosthom preżentazzjonijiet viżivi, teatru, mużika, drama, poezija u muzika tradizzjonali. Il-ftuħ ta' dan il-Festival sar b'kunċert mill-Orkestra Filarmonika ta' Malta taħt id-direttur Wayne Marshall.

Fost l-attrazzjonijiet prinċipali ta' din is-sena, ittellgħu żewġ kunċerti mill-Orkestra Barokka tal-UE, li daqqet għall-ewwel darba f'Malta, u li fakkret siltiet Maltin, xogħol ta' Mikelanġ Vella li jmorru lura għas-seklu tmintax. Tfakkar ukoll il-200 anniversarju mit-twelid tal-kompożituri Schumann u Chopin fil-Berġa ta' Kastilja u ttellgħu żewġ kunċerti tal-kompożitur Russu Stravinsky, fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta.

Attrazzjonijiet oħra kienu il-korjografija mingħajr mużika minn kumpanija Franċiża, teatru minn grupp Taljan, minn Shakespeare's Globe Touring Company, minn Theatre Anon u l-inizjattiva ġdida b'kollaborazzjoni mal-Kunsill Malti tax-Xjenza u t-Teknoloġija abbord xini t'aktar minn 100 sena. Diversi artisti trasformaw temporanjament spazji fi Strada Stretta, u ma naqasx għal darb'oħra 'Strada', b'festival ta' inbid u arti fl-istess triq msemmija.

Ħadu sehem ukoll il-grupp mużikali 'The New Choral Singers' mmexxi minn Robert Calleja, li taw serata divertenti fil-bitħa tal-Palazz Presidenzjali fil-Belt Valletta għal dawk kollha li attendew.

Din iċ-ċelebrazzjoni ta' arti u kultura għalqet bil-kummiedja ta' Shakespeare, 'Midsummer Nights Dream' ġewwa l-ġonna tal-Argotti, il-Furjana.

Bookmark Print page Email page
Il-Ġimgħa jintemm il-Malta Arts Festival
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
L-oratorju Demm fuq il-Verna ser jerġa jitella' għat-tieni darba
Jiġi mfakkar il-Jum meta bdew l-irvellijiet tal-Maltin kontra l-ħakkiema Franċiżi
Wirja konġunta ta' xeni Maltin u flora
Wirja oħra mill-artist Anthony Patrick Vella
Briju jilqa' lura lill-Kamra tan-Nar San Ġużepp wara suċċess dinji fi Spanja
`
Punti ewlenin
14:03 Titħabbar il-mewt ta' missier il-President George Abela
13:57 Isir il-funeral ta' Ġiġi Gonzi, missier il-Prim Ministru
15:49 L-ekonomija Maltija tkompli tikber għat-tielet perjodu konsekuttiv
06:55 Titlef ħajjitha l-ħames vittma tal-isplużjoni fl-Għarb
iktar aħbarijiet
18:59 Numru ta' proġetti li twettqu li saru fl-aħħar 6 snin saru bl-għajnuna tal-UE
18:15 L-ekonomija Ewropea qed tirkupra tjabbe mir-riċessjoni
17:34 Kunsillier Laburista ta' Ħ'Attard b'sentenza sospiża wara li kisser numru ta' balavosti
17:06 L-Universita' ma rrifjutatx applikazzjonijiet għall-kors tan-Nursing
17:06 Imfakkar Jum il-Vitorja
16:36 Tnejn akkużati bi ħruq ta' bastiment u lanċa tas-sajd
16:21 Ikkonfermata sentenza dwar tliet eks membri tal-Korp tal-Pulizija
16:14 Jallega li avviż li rċieva biex titwaqqa residenza huwa llegali
16:05 Ħarsa madwar id-dinja
15:49 L-ekonomija Maltija tkompli tikber għat-tielet perjodu konsekuttiv
Editorjal

Miet il-politiku tal-persważjoni

Miet il-politiku tal-persważjoni
Opinjoni

Int se tattendi għall-Festi tal-Indipendenza, li se jsiru bejn is-16 u l-20 ta’ Settembru fuq il-Fosos?

Iva
Le
Forsi