MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Ikomplu jonqsu l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol


10 ta' Jannar, 2013  17:34 CET

Fl-2012, l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol naqsu għal 1,700 għal kull 100,000 ħaddiem. Dan meta għaxar snin qabel, fl-2002, ir-rata kienet ta' 3,500 inċident għal kull 100,000 ħaddiem. 

Dan ħabbru l-Ministru tas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità Joe Cassar waqt żjara fil-bini tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurta` fuq il-Post tax-Xogħol, l-OHSA.

Joe Cassar qal li l-imwiet fuq il-post tax-xogħol naqsu minn disa' fis-sena fl-2002 għal 4 fis-sena fl-2012. Saħaq li dan jirrifletti l-ħidma kontinwa tal-Gvern biex l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol jonqsu. 

Joe Cassar irringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-awtorità tal-ħidma kontinwa biex titqajjem kuxjenza favur livelli għolja ta' saħħa u sigurta` fuq il-post tax-xogħol.

Il-Ministru qal li ċertifikat ieħor ħareġ mill-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurta` fuq il-post tax-xogħol, li fil-website tagħha kitbet li Malta qed tmexxi f'dan il-qasam u li hi waħda mil-leaders fil-protezzjoni proattiva tal-ħaddiema. 
 Hu qal li llum l-Awtorità saret punt ta' referenza u għajnuna għal kull min ikollu bżonn is-servizzi tagħha. L-istess awtorità ħadmet biex tiżdied l-informazzjoni, l-edukazzjoni u t-taħriġ fis-soċjetà. Ma' dawn kien hemm sensiela ta' proġetti u ġew organnizzati wkoll diversi kampanji dwar prattiċi tajba fuq il-post tax-xogħol.

Bookmark Print page Email page
Ikomplu jonqsu l-inċidenti fuq il-post tax-xogħol
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Spanjol akkużat bl-importazzjoni ta' 600g kokaina
Il-Pulizija tindirizza konferenza dwar il-każ ta' Marsalforn tal-bieraħ
Theddida għall-awtonomija tal-OHSA b'membru parlamentari fil-Bord
Imniedi l-video "It Gets Better"
Il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi l-ħidma importanti tal-EASO
Punti ewlenin
11:24 Il-Pulizija tindirizza konferenza dwar il-każ ta' Marsalforn tal-bieraħ
16:35 Raġel fil-periklu tal-mewt wara splużjoni ta' kamra tan-nar f'Ħaż-Żebbuġ
12:18 Spanjol akkużat bl-importazzjoni ta' 600g kokaina
10:24 Jidħol jisraq u jsib raġel imgħallaq
iktar aħbarijiet
12:18 Spanjol akkużat bl-importazzjoni ta' 600g kokaina
11:24 Il-Pulizija tindirizza konferenza dwar il-każ ta' Marsalforn tal-bieraħ
10:24 Jidħol jisraq u jsib raġel imgħallaq
21:20 Theddida għall-awtonomija tal-OHSA b'membru parlamentari fil-Bord
20:56 Imniedi l-video "It Gets Better"
20:19 Jagħrfu l-obeżità bħala marda
19:24 Il-Partit Nazzjonalista jirrikonoxxi l-ħidma importanti tal-EASO
19:21 Lejn promozzjoni ta' ikel bnin
19:04 Massakru fi skola
18:51 Ir-ribelli jwettqu attakki fil-Libanu
Editorjal

Xjuħija li hi grazzja

Xjuħija li hi grazzja
Opinjoni

Taħseb li n-nies huma ddiżappuntati wara mitt jum ta' gvern Laburista?

Iva
Le
Ma nafx