MaltaRightNow.com sezzjoni: Ewropa
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Ewropa

Ikompli s-Summit tal-UE fi Brussell

Neil CAMILLERI
14 ta' Diċembru, 2012  11:25 CET

Illum qed ikompli s-summit tal-mexxeja tas-27 pajjiż membru tal-UE li qed jiddiskutu t-triq 'il quddiem għall-Unjoni Ekonomika u Moneterja – jiġifieri l-politika ekonomika tal-UE.

Fl-ewwel sessjoni l-bieraħ filgħaxija il-mexxeja, fosthom il-Prim Ministru Malti Lawrence Gonzi, komplew bid-diskussjoni dwar il-mekkaniżmu ta' superviżjoni tal-banek, li għandu jsaħħaħ is-sistema finanzjarja fl-UE u jeqred iċ-ċirku vizzjuż bejn il-banek u l-istati. Dan billi l-akbar banek, li jekk jikkollassaw jistgħu jaffetwaw l-ekonomiki tal-UE, jaqgħu taħt is-superviżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Huma qablu li sal-ewwel xitt xhur tas-sena d-dieħla għandu jitwaqqa qafas regolatorju għal din is-sistema, biex meta tiġi mwaqqfa fl-2014 ikollha l-kapaċita' li tiffinanzja hi stess il-banek li jistgħu jispiċċaw f'diffikulta'. Qablu wkoll li apparti s-Single Supervisory Mechanism hemm bżonn li jitwaqqaf ukoll il-Mekkaniżmu ta' Riżoluzzjoni, li jipprovdi l-għodda kollha għall-banek li jkunu f'diffikulta'. Dan għandu jipprovdi sistema iktar sigura u effettiva biex fl-eventwalita' li xi bank jispiċċa f'diffikulta' jitnaqqas ir-riskju għall-ekonomiji u għat-tax payers.

Id-diskussjonijiet iffukaw ukoll fuq it-titjib fil-framework ekonomiku tal-UE bil-President tal-Kunsill Ewropew Hermann van Rompuy mistenni jressaq numru ta' proposti fil-Kunsill Ewropew ta' Ġunju 2013 biex l-integrazzjoni ekonomika fl-UE tkompli timxi 'l quddiem.

Fi stqarrija maħruġa fl-aħħar siegħat Herman Van Rompuy qal li minkejja li l-agħar parti tal-kriżi taż-żona ewro għaddiet għad fadal x'isir, iżda issa qed naraw ir-riżultati tal-ħidma iebsa tal-aħħar xhur. Tkellem  ukoll dwar il-Greċja, wara l-qbil li tiġi rilaxxata parti oħra mill-bailout għal dan il-pajjiż, u sostna li dan huwa eżempju tas-solidarjeta' tal-UE lejn il-pajjiżi membri.

Bookmark Print page Email page
Ikompli s-Summit tal-UE fi Brussell
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Awguri lil Simon Busuttil mill-ogħla uffiċjali tal-PPE
Roberta Metsola tiffirma dikjarazzjoni tal-PE kontra kontenut online t'abbuż tat-tfal
Ir-Renju Unit se jibqa' fl-Unjoni Ewropea?
Jiżdiedu l-problemi għal Franza
IL-kisbiet edukattivi tal-istudenti għandhom jiġu rikonoxxuti mill-pajjiżi kollha tal-UE
Punti ewlenin
18:29 Persuni li mietu jew diġa' ġew operati fil-listi ta' stennija tal-isptar
15:43 Żjara ta' korteżija mill-PM fid-Dar Ċentrali tal-PN
19:56 Darlene Zerafa eskluża milli tapplika biex tmexxi d-dar Kenn għal Saħħtek
14:26 Iktar dubji dwar kemm il-Labour fil-Gvern se jżomm kelmtu dwar l-edukazzjoni
iktar aħbarijiet
19:56 Darlene Zerafa eskluża milli tapplika biex tmexxi d-dar Kenn għal Saħħtek
19:36 Bram aktarx il-kawża ta‘ traġedja f’familja
19:33 Il-Hezbollah involuti dejjem aktar fil-kunflitt Sirjan
19:28 Għajnuna mix-xemx kontra l-ażma
19:26 Tispara missila oħra
19:24 Rod Stewart lura fil-klassifika wara 34 sena
19:22 Tensjoni f’Tuneż
18:44 Kumpens ta' €38,630 wara li ttajjar fuq iz-‘zebra crossing’
18:40 Meħlusa mill-arrest koppja mixlija bi traffikar ta’ droga
18:29 Persuni li mietu jew diġa' ġew operati fil-listi ta' stennija tal-isptar
Editorjal

Team fl-aħjar pożizzjonijiet

Team fl-aħjar pożizzjonijiet
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.