Claire MIFSUD
11 ta' Jannar, 2013
15:56 CET |
Dr Ghiryani, iċ-Chargè D'Affaires ġdid Libjan, żar l-uffiċċju Malti tal-Medserv f'waħda mill-ewwel żjarat uffiċjali tiegħu f'kumpaniji li għandhom operazzjonijiet fil-Libja.
Il-Medserv fetħet l-uffiċċju tagħha f'Misurata sitt snin ilu fi sħubija mal-Misurata Free Zone Authority. Il-Medserv tipprovdi loġistika u appoġġ lill-klijenti offshore fil-qasam taż-żejt u l-gass li joperaw fl-Afrika ta' Fuq, prinċipalment il-Libja.
Matul iż-żjara tiegħu l-Kap tal-uffiċċju Malti tal-Medserv saħaq fuq l-impenn tal-kumpanija lejn Misurata u esprima l-fiduċja tiegħu li l-kumpanija tkompli tagħti servizz iktar wiesa' hekk kif is-sitwazzjoni politika tistabbilizza ruħha. Huwa fakkar ukoll kif l-istaff Malti ta' Medserv Malta kienu ta' għajnuna u appoġġ kbir mal-ħaddiema Libjani f'Medserv Misurata matul il-kriżi tal-Libja.
Fi tmiem iż-żjara l-kap ta' Medserv Malta ppreżenta għotja ta' 10,000 ewro biex tingħata lil xi organizzazzjoni karitattiva li tintgħażel wara konsultazzjoni bejn Dr Ghiryani u s-Sindku ta' Misurata.
|