MaltaRightNow.com sezzjoni: Kunsilli lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Kunsilli Lokali

Għotjiet lill-Kunsill Lokali favur l-iżvilupp kulturali fil-lokalitajiet

Mario FRENDO
23 ta' Diċembru, 2012  10:24 CET

Il-Prim Ministru qassam għotjiet lil 14-il Kunsill Lokali bl-iskop li tinċentiva lill-Kunsilli Lokali sabiex jieħdu inizjattivi favur l-iżvilupp kulturali fil-lokalitajiet. 

Il-lokalitajiet li qed jibbenefikaw mill-għotjiet huma: l-Belt Valletta, Ħaż-Żebbuġ, ir-Rabat, il-Furjana, Ħal Għaxaq, Ħal Lija, Marsaxlokk, il-Mellieħa, in-Nadur, in-Naxxar, Raħal Ġdid, San Ġwann, ix-Xagħra u x-Xewkija. 

Fid-diskors tiegħu il-Prim Ministru qal li fl-aħħar snin żdied is-sensibilita' għal proġetti fil-lokalitajiet, specjalment dawk marbuta mal-kultura u l-potenzjal li l-lokalitajiet joħorġu l-identitajiet differenti tagħhom.

Il-Prim Ministru ddeskriva l-kultura u l-patrimonju fil-lokalitajiet differenti Maltin u Għawdxin bħal qawsalla ta' teżori li jeħtieġ li jkunu esebiti għat-tgawdija ta' kulħadd.

Indirizza wkoll is-Sindku ta' Ħal Lija Ian Castaldi Paris li min-naħa tiegħu qal li l-Kunsilli Lokali għandhom jibbenefikaw mill-iskemi tal-Gvern bil-għan li ċ-ċittadin igawdi l-frott tal-ħidma tal-Kunsilli Lokali.

Il-fondi li tqassmu huma parti minn skema tal-Gvern li tħabbret ftit ilu u li b'kollox tammonta għal madwar €300,000.

It-tqassim tal-għotjiet saret f'Ħal Lija fejn il-Prim Ministru żar presepju ħaj li qed jiġi organizzat mis-Soċjeta' Sant'Andrija. B'kollox f'dan il-presepju qed jieħdu sehem madwar ħamsin parteċipant, bl-iżgħar parteċipant għandu biss ħames snin filwaqt li l-akbar parteċipant għandu 65 sena.

Din hija s-seba' darba li qed jiġi organizzat dan il-Presepju Ħaj, u jinkludi 11-il attrazzjoni, fosthom xmara artifiċjali, mitħna, mehrież taż-żejt u fuq kollox l-attrazzjoni prinċipali li hi l-Maxtura.

Bookmark Print page Email page
Għotjiet lill-Kunsill Lokali favur l-iżvilupp kulturali fil-lokalitajiet
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Right of reply tas-Sindku ta' Ħal Luqa
Titnaqqas l-allokazzjoni finanzjarja tal-Kunsilli Lokali
Festa ta' kuluri, l-Ħadd 19 ta' Mejju fl-Iklin
Il-Kunsill Lokali is-Swieqi jippreżenta rapport dwar it-titjib tat-toroq u l-prijoritajiet tal-Kunsill fil-qasam tat-trasport
Proġett ġdid favur Turiżmu Sostenibbli f’Ħal Tarxien
Punti ewlenin
16:38 Sejħa għall-interess għal Casino f'Malta u ieħor f'Għawdex
14:48 Eddie Fenech Adami jaqleb għall-aħjar
18:25 Tifla ta' 14-il sena tittajjar minn karozza waqt li kienet qed taqsam it-triq
18:55 Il-Flamenco f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt
iktar aħbarijiet
18:55 Il-Flamenco f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt
18:25 Tifla ta' 14-il sena tittajjar minn karozza waqt li kienet qed taqsam it-triq
17:54 Xogħolijiet ta' TM iħallu residenti f'Ħaż-Żabbar diżappuntati
17:04 Leo Brincat ma jieħux pożizzjoni favur jew kontra l-eko-kontribuzzjoni
16:38 Sejħa għall-interess għal Casino f'Malta u ieħor f'Għawdex
16:29 ''Insaħħu d-Drittijiet għall-Ugwaljanza'' - seminar ko-finanzjat mill-UE
15:05 Distributuri tal-gass mixlijin li iffrodaw lill-Gasco
15:05 Barrani mfittex fuq pedofelija jibqa’ miżmum taħt arrest
14:48 Eddie Fenech Adami jaqleb għall-aħjar
14:18 Għada l-elezzjonijiet tal-Viċi kapijiet ġodda tal-PN
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.