foreign@media.link.com.mt
30 ta' Lulju, 2010
21:19 CET |
L-unika tifla tal-ex President Amerikan Bill Clinton u martu s-Segretarja tal-Istat Amerikan Hilary Clinton se tiżżewweġ nhar is-Sibt li ġej fil-villaġġ ta' Rhineback fi New York.
Iżda d-dettalji taċ-ċerimonja taż-żwieġ ta' Chelsea Clinton, li għandha 30 sena, qed jinżammu mistura sew. Hi se tiżżewweġ lil Marc Mezvinsky, bankier ta' 32 sena, f'ċerimonja li suppost kellha tinżamm sigrieta, b'dawk kollha li qed jipprovdu s-servizzi tagħhom għal dan it-tieġ kellhom jiffirmaw kuntratti ta' kunfidenzjalita'. Saħansitra anke Hilary Clinton qalet li bintha ġegħlitha twiegħed li mhix se titkellem dwar dan l-avveniment mal-ġurnalisti.
L-ispekulazzjoni hi li fost il-mistednin, li huma stmati li se jkunu 400, se jkun hemm il-President attwali Barack Obama.
|