27 ta' Lulju, 2010
14:07 CET |
Il-Banif Bank Malta ingħażel bħala l-Best Banking Group Malta għall-2010 mill-pubblikazzjoni finanzjarja internazzjonali, World Finance.
F'konferenza tal-aħbarijiet, l-ogħla uffiċjali tal-Banif Bank qalu li dan ir-rikonoxximent tal-aqwa grupp bankajru għall-2010 jikkonferma s-sitwazzjoni finanzjarja tal-bank flimkien mal-governanza korporattiva soda u soluzzjonijiet finanzjarji innovattivi li jipprovdu valur miżjud lill-klienti.
Il-Kap Eżekuttiv ta' Banif Bank, Joaquim Silva Pinto qal li dan ir-rikonoxximent juri kemm il-bank jinsab għaddej f'direzzjoni tajba u qed jikseb suċċess fis-suq bankajru.
Hu sostna li dan ir-rikonoxximent ma kienx ikun possibbli mingħajr l-appoġġ u l-fiduċja tal-klijenti, l-impjegati u l-azzjonisti.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Bank qal li l-bank hu rikonoxxenti ħafna lejn il-klijenti li qed jesprimu fiduċja fih u sostna li l-premju mogħti minn World Finance għandu jkompli jservi ta' kurraġġ għall-impjegati u għall-bank biex dawn ikomplu jwettqu aktar inizjattivi lejn il-klijenti.
Ir-rivista World Finance għandha esperjenza twila ta' 175 sena fil-qasam tal-ġurnaliżmu relatat mas-settur tan-negozju u t-tim ta' riċerka rnexxielu jiġbor ammont vast ta' informazzjoni matul iż-żmien biex jasal għall-konklużjonijiet tiegħu.
Ritratt (c) Natalia Wisniewska
|