MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

Attakki u tgħajjir fuq il-Ministru Tonio Fenech


10 ta' Jannar, 2013  17:21 CET

Esponenti tal-Malta Labour Party u membri tal-media Laburista qed jinfexxu f'attakki u tgħajjir fuq il-Ministru Tonio Fenech - u dan għaliex qed jitlob li l-Labour jippubblika l-informazzjoni kollha li qed jgħid li għandu dwar il-power station ġdida li jrid Muscat.

F'każ minnhom, li sehh it-Tlieta filgħaxija, il-preżentatriċi tas-Super One Jackie Mercieca għajjret lill-Ministru Fenech Gestapo u KGB, u qalet ukoll li dan qed jaġixxi bħat t-tfal u li huwa arroganti.

Il-mistieden fil-programm kien l-eks editur tal-gazzetta tal-GWU l-Orizzont Frans Ghirxi, li wkoll kompla magħha.

Tonio Fenech kien anke vittimizzat mill-kandidat Laburista Konrad Mizzi. Darba waqt il-programm Bondi+ it-Tlieta filgħaxija u għal aktar minn darba fil-programm TVam l-Erbgħa filgħodu.

B'reazzjoni għal dan, il-Partit Nazzjonalista qal huwa xokkanti li għax il-Ministru Fenech qed jitlob lil-Lejber jippubblika l-istudji li suppost għandu dwar il-proposta fuq id-dawl, dan jiġi mgħajjar.

Il-PN qal li dan l-aġir tal-Malta Labour Party ifisser ħaġa waħda biss - li qed jaħbi r-rapporti u meta jintalab spjegazzjoni 'addio Malta Tagħna Lkoll' għax jinfexx jgħajjar u jattakka.

F'reazzjoni oħra għal dak li qed jgħid Muscat, il-Gvern qal li l-pozizzjoni tiegħu dejjem kienet konsistenti li jzomm it-tariffi fl-inqas livell b'mod sostenibbli. Għalhekk qed isir l-interconnector, u għalhekk il-Gvern irid li jsir il-pipeline tal-gass.

Il-pipeline jgħaqqad lil Malta mal-grid Ewropew u għalhekk jikkwalifika għall-fondi Ewropej. Muscat irid iġib il-gass bil-vapuri u jaqta' lil Malta mill-Ewropa, u dan ma jikkwalifika għall-ebda fondi. Dak li trid l-Oppożizzjoni jgħolli l-ispiża tal-elettriku, temm jgħid il-Gvern.

Bookmark Print page Email page
Attakki u tgħajjir fuq il-Ministru Tonio Fenech
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Raġel jsofri ġrieħi gravi f'argument fil-Marsa
Ftuħ uffiċjali ta' lukanda ġdida fin-nosinhar ta' Malta
Il-Pulizija tikkonfiska munizzjon li nstab fuq dgħajsa
Il-Gvern Laburista jirkeb fuq inizjattivi li tnedew mill-Gvern Preċedenti
Il-Flamenco f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt
Punti ewlenin
09:19 Raġel jsofri ġrieħi gravi f'argument fil-Marsa
20:00 Il-Pulizija tikkonfiska munizzjon li nstab fuq dgħajsa
18:25 Tifla ta' 14-il sena tittajjar minn karozza waqt li kienet qed taqsam it-triq
18:55 Il-Flamenco f'Misraħ San Ġorġ, il-Belt
iktar aħbarijiet
09:19 Raġel jsofri ġrieħi gravi f'argument fil-Marsa
22:34 Żvelata speċi ta' cockroach b'sens 'għal kontra l-periklu'
21:42 Ftuħ uffiċjali ta' lukanda ġdida fin-nosinhar ta' Malta
21:23 Raġel ta' 30 sena akkużat li attakka Pulizija
21:12 Offerta ta' 1.2 miljun għal vjaġġ fl-ispazju ma' Leonardo Di Caprio
21:08 Iz-zona ewro hi aktar stabbli
21:04 Kesħa, xita u borra
21:00 Twarrab pjani dwar iż-żejt taż-żebbuġa
20:52 Imrażżan il-bejgħ tal-alkoħol
20:38 Il-Pulizija tlesti għal aktar irvellijiet
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.