14 ta' Jannar, 2013
12:50 CET |
Fil-kampanja biex jipprova jiġbor kemm jista' appoġġ għall-pjan tiegħu biex jibni powerstation ħġdida, Joseph Muscat qiegħed jinqeda b'kulħadd -- saħansitra b'raġel magħruf bħala frodist u li kien instab ħati li mmanuvra assi tiegħu bi frodi biex ma jħallasx il-manteniment lil martu u lil uliedu.
Il-persuna inkwisjtoni, Andreas Wilhelm Gerdes, li jiddeksrivi lilu nnifsu bħala imprenditur tat-telekomunikazzjoni, kiteb opinjoni favur il-pjan ta' Muscat f'suppliment imħallas mill-Malta Labour Party, ippubblikat fis-Sunday Times ta' din il-ġimgħa.
Minn riċerka ta' Media Link Communications jirriżulta li, xi snin ilu, Gerdes, li huwa Ġermaniż, kien waqqaf il-kumpanija iWorld bi flus l-investituri, nefaq kollox u għalaq il-kumpanija.
Iktar riċenti, Gerdes tressaq il-Qorti mill-eks mara tiegħu, Bettina Vossberg, minħabba li dan ma kienx qed iħallas il-manteniment. Fil-Qorti rriżulta li Gerdes kien trasferixxa villa li kellu f'Marsaxlokk fi trust ta' waħda mill-kumpaniji tiegħu, u dan biex jidher li m'għandux assi f'Malta u ma jħallasx lill-eks mara tiegħu.
Il-Qorti kienet sabet ukoll li anke fit-trasferiment tal-Villa kien sar frodi - b'Gerdes kien ivvaluta l-villa ħames darbiet inqas mill-prezz veru tagħha fis-suq.
Fis-sentenza tagħha, fejn Gerdes kien ordnat jieħu lura l-villa u jħallas il-manteniment dovut lil martu, li kien jammonta għal aktar minn Lm350,000, il-Qorti kienet qalet li Gerdes kien inħeba wara dan it-trust biex jonqos mid-dmirijiet lejn martu u uliedu żgħar.
Dan wara li ftit snin qabel kien diġà tressaq il-Qorti, f'każ separat, iżda wkoll għax ma ħallasx il-manteniment.
Fit-Testimonial li ta lil-Lejber fis-suppliment li ppubblika fis-Sunday Times, jispikka l-kumment li għamel Gerdes meta qal li l-pjan ta' Muscat huwa wieħed xieraq għall-pajjiż.
Imma dan jikkuntrasta bil-kbir ma' dak li kiteb f'The Times Online hu stess fl-2010, meta kien qal li m'hemmx bżonn power station ġdida meta nistgħu ningħaqdu mal-grid Ewropew permezz tal-interconnector bi prezzijiet irħas u provvista iktar sikura.
Persuna oħra li tat l-opinjoni tagħha f'dan l-istess Suppliment huwa Cyrus Engerer, li kien tressaq il-Qorti u kien tkeċċa mill-Partit Nazzjonalista.
|