MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti u Kultura
Spettaklu
Destinazzjonijiet
Edukazzjoni
Divertiment
Ekonomija
Ewropa
Għawdex
Ikel u Riċetti
Info TV u Radju
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Mużika
Parlament
Qorti
Saħħa
Stejjer ta' Vera
VIP Gossip
Xjenza u Teknoloġija
sport
Tazza tad-Dinja 2010
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Futbol Ieħor
Sport Ieħor
Champions League
ĊIPRU 2009
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
links
Aħbarijiet Lokali

9 miljun fondi tal-UE għall-protezzjoni u l-konservazzjoni ta' tliet siti storiċi

Daniela BARTOLO
30 ta' Lulju, 2010  14:59 CET

Aktar minn 9 miljun ewro fondi tal-Unjoni Ewropeja għall-Iżvilupp Reġjonali se jmorru għall-protezzjoni u preservazzjoni ta' tliet siti storiċi ewlenin f'Malta - it-Tempji f'Ħal Tarxien, il-Katakombi ta' San Pawl fir-Rabat kif ukoll il-Gġantija f'Għawdex - tliet siti li huma fost is-siti mmexxija minn Heritage Malta u li aktar minn miljun turist iżuru kull sena.

Dan tħabbar waqt żjara li l-Prim Ministru Lawrence Gonzi akkumpanjat mis-Sinjura Kate Gonzi u s-Segretarju Parlamentari responsabbli mit-Turiżmu Mario De Marco għamlu fit-Tempji ta' Ħal Tarxien.

Il-Kap Eżekuttiv ta' Heritage Malta Joe Said jispjega x'se jkun qed isir fit-3 siti.

Kif spjega l-Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-preservazzjoni ta' siti storiċi hija responsabilita' urġenti li Malta għandha lejn il-kumplament tad-dinja u l-ġenerazzjonijiet tal-futur. Il-Prim Ministru żied li l-ħarsien ta' siti storiċi huwa parti minn strateġija ekonomika fejn Malta tiġbed niċċa ta' turisti li tagħmel lill-pajjiż aktar kompetittiv. Dan iwassal għal ħolqien tax-xogħol fis-settur tat-turiżmu.

Waqt l-istess żjara tħabbar ukoll li għat-Tempji ta' Ħal Tarxien qed jiġu mħejjija wkoll disinji għal ċentru ta' viżitaturi.

Dan il-proġett isegwi wkoll il-proġett ta' bini ta' tined fit-tempji tal-Imnajdra u Ħaġar Qim.

Bookmark Print page Email page
9 miljun fondi tal-UE għall-protezzjoni u l-konservazzjoni ta' tliet siti storiċi
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
L-Universita' ma rrifjutatx applikazzjonijiet għall-kors tan-Nursing
Imfakkar Jum il-Vitorja
Titħabbar il-mewt ta' missier il-President George Abela
Isir il-funeral ta' Ġiġi Gonzi, missier il-Prim Ministru
Titlef ħajjitha l-ħames vittma tal-isplużjoni fl-Għarb
`
Punti ewlenin
14:03 Titħabbar il-mewt ta' missier il-President George Abela
13:57 Isir il-funeral ta' Ġiġi Gonzi, missier il-Prim Ministru
15:49 L-ekonomija Maltija tkompli tikber għat-tielet perjodu konsekuttiv
06:55 Titlef ħajjitha l-ħames vittma tal-isplużjoni fl-Għarb
iktar aħbarijiet
17:06 L-Universita' ma rrifjutatx applikazzjonijiet għall-kors tan-Nursing
17:06 Imfakkar Jum il-Vitorja
16:36 Tnejn akkużati bi ħruq ta' bastiment u lanċa tas-sajd
16:21 Ikkonfermata sentenza dwar tliet eks membri tal-Korp tal-Pulizija
16:14 Jallega li avviż li rċieva biex titwaqqa residenza huwa llegali
16:05 Ħarsa madwar id-dinja
15:49 L-ekonomija Maltija tkompli tikber għat-tielet perjodu konsekuttiv
15:37 Jinżamm arrestat wara li allegatament faqa' tazza f'wiċċ peruna
14:03 Titħabbar il-mewt ta' missier il-President George Abela
13:57 Isir il-funeral ta' Ġiġi Gonzi, missier il-Prim Ministru
Editorjal

Miet il-politiku tal-persważjoni

Miet il-politiku tal-persważjoni
Opinjoni

Int se tattendi għall-Festi tal-Indipendenza, li se jsiru bejn is-16 u l-20 ta' Settembru fuq il-Fosos?

Iva
Le
Forsi