MaltaRightNow.com sezzjoni: Mill-Qorti
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Qorti

Jidħlu jiddeliberaw fil-ġuri dwar stupru li nstema’ bil-magħluq

Ray ABDILLA
12 ta' Jannar, 2013  13:21 CET

Wara ħames sigħat u nofs ta’ indirizz mill-Imħallef Lawrence Quintano, il-ġurati daħlu jiddeliberaw biex jaslu għall-verdett fil-ġuri li nstema’ bil-magħluq ta' raġel akkużat bi stupru ta' tfajla ta' 13-il sena u li kkorrompa lill-istess tfajla. Huwa qed jiġi akkużat ukoll li kkorrompa wkoll żewġ tfajliet oħrajn ta’ 16-il sena. Il-verdett mistenni tard illum wara nofsinhar.

L-Imħallef Quintano beda l-indirizz tiegħu lill-ġurati l-Ġimgħa waranofsinhar u kompla s-Sibt filgħodu u kien ftit qabel is-siegħa ta’ waranofsinhar li huwa daħħalhom biex jiddiskutu l-eżitu ta’ dan il-każ.Kien il-Ġimgħa stess li kemm il-Prosekuzzjoni d-Difiża temmew it-trattazzjoni tagħhom dwar il-każ fil-jum. Ir-raġel li għandu qrib is-60 sena, qed jiġi akkużat bi tliet kapi ta’ akkuża, dik li kkorrompa tifla ta’ 13-il sena u li llum għandha 18-il sena, li kkorrompa lilha u żewġ tfajliet oħra li llum għandhom 21 sena u li bl-aġir tiegħu offenda l-mistħija tas-sess tagħhom, u li ssekwestra lit-tfajliet kontra l-volonta’ tagħhom.

Minbarra li l-provi fil-ġuri nstemgħu bil-magħluq, il-Qorti ordnat ukoll lill-mezzi tax-xandir biex la jissemmew ismijiet ta' dawk ikkonċernati u lanqas tissemma l-lokalità li ġej minnha l-akkużat u l-vittmi, u lanqas il-lokalita’ ta’ fejn seħħew l-allegati reati, li iżda wieħed jista’ jgħid li saru f’dar fin-naħa t’isfel ta’ Malta.

Ir-raġel, għandu jidher għalih l-Avukat Leslie Cuschieri, u huwa minn dejjem ċaħad l-involviment tiegħu fil-każ. Id-difiża qed tikkontendi wkoll li prova mportanti f’dan il-każ, dik ta’ test mediku fuq it-tfajla allegatament stuprata mhumiex għad-dispożizzjoni tal-Prosekuzzjoni u għalhekk fuq dan ir-reat huwa m’għandux jinstab ħati. Id-difiża qed tgħid ukoll li t-tfajliet ma kienux konsistenti fix-xhieda tagħhom. 

Kienu l-Avukati tal-Prosekuzzjoni mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li talbu biex l-ġuri jinstema' bil-magħluq. L-Avukati Aaron Bugeja u Beryl Buttigieg kellhom din it-talba milqugħa mill-Qorti. Dawn minn naħa taghom qegħdin jikkontendu li mix-xhieda prodotta hemm provi biżżejjed biex l-akkużat jinstab ħati.  Fost ix-xhieda kien hemm l-investigaturi tal-każ, l-Ispetturi Louise Calleja u Paul Vassallo.

Bookmark Print page Email page
 Jidħlu jiddeliberaw fil-ġuri dwar stupru li nstema’ bil-magħluq
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Raġel ta' 30 sena akkużat li attakka Pulizija
Distributuri tal-gass mixlijin li iffrodaw lill-Gasco
Barrani mfittex fuq pedofelija jibqa’ miżmum taħt arrest
Vittmi t'abbużi sesswali minn patrijiet jagħmlu talba għall-kumpens
Jerġa' jirritorna Malta wara tmien snin maħrub
Punti ewlenin
10:26 Tibda l-votazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Viċi Kapijiet
16:27 Turkish Airlines ittir lejn Malta għall-ewwel darba
18:23 Deċiżjonijiet ħżiena mill-gvern se jdaħħlu lil Malta fl-Excessive Deficit Procedure
15:35 L-ewwel eliminatorja tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013
iktar aħbarijiet
18:23 Deċiżjonijiet ħżiena mill-gvern se jdaħħlu lil Malta fl-Excessive Deficit Procedure
17:03 Tkompli l-inċertezza dwar il-festa taż-Żejtun
16:27 Turkish Airlines ittir lejn Malta għall-ewwel darba
16:02 Il-PN jawgura suċċess lill-kontiġent Malti
15:35 L-ewwel eliminatorja tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013
15:00 Is-Servizzi Sigrieti Ingliżi kienu f'kuntatt ma' wieħed mill-qattiela
14:54 Mario Galea jmexxi l-missjoni ta' osservaturi fl-elezzjoni f'Cayman
13:49 €2.6 miljun fis-sena f'konsulenzi
13:38 Mixja biex titqajjem kuxjenza dwar il-Multiple Sclerosis
13:32 Stqarrijiet żbaljati mill-Ministru Leo Brinċat f'laqgħa dwar il-Wasterv
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.