MaltaRightNow.com sezzjoni: Mill-Qorti
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
In-Nazzjon
Download
Life & Style
Download
Qorti

Mhux ħati li stupra tfajla ta’ 13-il sena

Ray ABDILLA
12 ta' Jannar, 2013  19:58 CET

Mario Azzopardi ta’ 64 sena, imwieled iż-Żejtun u residenti l-Birgu ma nstabx ħati bi tmien voti favur u wieħed kontra li ftit aktar minn ħames snin ilu  stupra tfajla ta’ 13-il sena. Huwa iżda nstab ħati b’seba’ voti favur u tnejn kontra li kkorrompa lil din it-tfajla u żewġ tfajliet oħrajn. Azzopardi ma nstabx ħati li ssekwestra lit-tfajliet kontra l-volonta’ tagħhom.

Wara ħames sigħat u nofs ta’ deliberazzjoni l-ġurati waslu għall-verdett wara s-7.00 p.m. f’ġuri li nstema’ bil-magħluq.  Wara li ngħata l-verdett il-Qorti tagħat l-aċċess lil media biex isemmu l-isem tar-raġel li għadda ġuri, iżda baqgħet iżomm id-divjet fuq it-tfajliet biex dawn jibqgħu protetti. Is-sentenzi f’dan il-ġuri mistennija tingħata tard nhar it-Tnejn li ġej wara nofs inhar wara li jixhdu żewġ persuni mqabbda mid-difiża, Patri Mark Montebello u d-Direttur tal-Ħabs.
 
L-Imħallef Quintano beda l-indirizz tiegħu lill-ġurati l-Ġimgħa wara nofs inhar u kompla s-Sibt filgħodu u kien ftit qabel is-siegħa ta’ wara nofs inhar li huwa daħħalhom biex jiddiskutu l-eżitu ta’ dan il-każ. Waħda mit-tfajliet li qalet li kienet ġiet stuprata llum għandha 18-il sena, filwaqt li ż-żewġ tfajliet oħra llum għandhom 21 sena.  

Minbarra li l-provi fil-ġuri nstemgħu bil-magħluq, il-Qorti ordnat ukoll lill-mezzi tax-xandir biex la jissemmew ismijiet ta' dawk ikkonċernati u u lanqas il-lokalita’ ta’ fejn seħħew l-allegati reati, li iżda wieħed jista’ jgħid li saru f’dar fin-naħa t’isfel ta’ Malta. Azzopardi, li għalih  deher l-Avukat Leslie Cuschieri, minn dejjem ċaħad l-involviment tiegħu fil-każ u anke xehed fil-ġuri tiegħu. 

Id-difiża qalet li prova mportanti f’dan il-każ, dik ta’ test mediku fuq it-tfajla allegatament stuprata mhumiex għad-dispożizzjoni tal-Prosekuzzjoni u għalhekk fuq dan ir-reat huwa m’għandux jinstab ħati. Id-difiża qed tgħid ukoll li t-tfajliet ma kienux konsistenti fix-xhieda tagħhom. 

Kienu l-Avukati tal-Prosekuzzjoni mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li talbu biex l-ġuri jinstema' bil-magħluq. L-Avukati Aaron Bugeja u Beryl Buttigieg kellhom din it-talba milqugħa mill-Qorti. Dawn minn naħa taghom qegħdin jikkontendu li mix-xhieda prodotta hemm provi biżżejjed biex l-akkużat jinstab ħati.  Fost ix-xhieda kien hemm l-investigaturi tal-każ, l-Ispetturi Louise Calleja u Paul Vassallo.
  

Bookmark Print page Email page
  Mhux ħati li stupra tfajla ta’ 13-il sena
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Raġel ta' 30 sena akkużat li attakka Pulizija
Distributuri tal-gass mixlijin li iffrodaw lill-Gasco
Barrani mfittex fuq pedofelija jibqa’ miżmum taħt arrest
Vittmi t'abbużi sesswali minn patrijiet jagħmlu talba għall-kumpens
Jerġa' jirritorna Malta wara tmien snin maħrub
Punti ewlenin
10:26 Tibda l-votazzjoni għall-elezzjonijiet tal-Viċi Kapijiet
10:54 L-attakki tal-Gvern Laburista mhux se jżommu lill-Oppożizzjoni milli ssemma leħinha
15:35 L-ewwel eliminatorja tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013
13:49 €2.6 miljun fis-sena f'konsulenzi
iktar aħbarijiet
16:27 Turkish Airlines ittir lejn Malta għall-ewwel darba
16:02 Il-PN jawgura suċċess lill-kontiġent Malti
15:35 L-ewwel eliminatorja tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza 2013
15:00 Is-Servizzi Sigrieti Ingliżi kienu f'kuntatt ma' wieħed mill-qattiela
14:54 Mario Galea jmexxi l-missjoni ta' osservaturi fl-elezzjoni f'Cayman
13:49 €2.6 miljun fis-sena f'konsulenzi
13:38 Mixja biex titqajjem kuxjenza dwar il-Multiple Sclerosis
13:32 Stqarrijiet żbaljati mill-Ministru Leo Brinċat f'laqgħa dwar il-Wasterv
11:55 “Il-Politika tal-Gvern dwar l-iżvilupp tal-lukandi hija żball” - AD
10:54 L-attakki tal-Gvern Laburista mhux se jżommu lill-Oppożizzjoni milli ssemma leħinha
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.