13 ta' Jannar, 2013
19:34 CET |
L-akbar stillel ta' Hollywood ttendew għas-70 edizzjoni tal-Golden Globe Awards u fejn il-films Lincoln u Argo kienu mistennija jikkuntestaw għall-premju li jingħata għall-aħjar movie drama – l-aqwa unur tas-serata li ttellgħet ġo Beverly Hills, f'Kalifornja, matul il-lejl.
L-edizzjoni ta' din is-sena kellha lill-komiċi Tina Fey u Any Poehler bħala ko-preżentaturi – u bl-innominati għall-unuri, fosthom Anne Hathaway, Hugh Jackman, Steven Spielberg, Bradley Cooper, Richard Gere, Denzel Washington u l-kantanta Adele iservu bħala A-list presenters, flimkien ma' George Clooney, Julia Roberts u Arnold Schwarzenegger.
Il-film Lincoln ta' Spielberg kellu seba' nominazzjonijiet għal Globe iżda – u minbarra Argo (b'ħamsa) – ma kenitx eskluża l-isfida tal-films drammatiċi l-oħra Django Unchained, Zero Dark Thirty u Life of Pi, tant li l-esperti qablu li kien diffiċli biex ibassru lir-rebbieħ li kellu jitħabbar matul il-lejl.
|