MaltaRightNow.com sezzjoni: aħbarijiet lokali
aħbarijiet
Punti ewlenin 
Aħbarijiet Lokali
Internazzjonali
Arti, Divertiment u Kultura
Edukazzjoni
Ekonomija
Ewropa
= Features =
Avviżi ELCOM
Għawdex
Knisja
Kunsilli Lokali
Kurżitajiet
Librerija
Parlament
Qorti
Saħħa
Xjenza u Teknoloġija
sport
Olimpjadi 2012
Futbol Ieħor
Futbol Taljan
Futbol Lokali
Futbol Ingliż
Sport Ieħor
il-mument
Download
Life & Style
Download
Aħbarijiet Lokali

''Il-pjan Laburista dwar il-prezz tal-gass ottimist iżżejjed'' - l-AD


10 ta' Jannar, 2013  12:02 CET

L-Alternattiva Demokratika hija mhassba dwar kemm il-kontijiet tad-dawl u l-ilma se jorħsu verament bir-raġunament tal-Malta Labour Party. Anke hi qed tappella lil-Lejber biex jippubblika l-istudji li qed jgħid li għandu dwar il-proposta li għamel.

Dan ħareġ f'konferenza tal-aħbarijiet indirizzata miċ-Chairperson tal-AD Michael Briguglio b'reazzjoni għall-proposti li ħabbar il-Malta Labour Party għall-qasam tal-enerġija.

F'konferenza tal-aħbarijiet Briguglio tenna li l-prezz tal-gass se jkompli jiżdied minħabba li d-domanda għall-gass dejjem qed tikber filwaqt li l-provvista dejjem qed tonqos, tant li ddeskriva l-argument li l-gass se jwassal għal kontijiet orħos wieħed kontra l-loġika ekonomika. Hu esprima x-xettiċiżmu tiegħu dwar iż-żmien qasir li Muscat qed jgħid li fih tista' tinbena l-powerstation l-ġdida u qal li anke sempliċi tender ta' kunsill lokali għall-ġbir tal-iskart jieħu ħafna żmien.

Huwa kkritika wkoll lil Konrad Mizzi, il-kandidat Laburista li qed jitkellem il-ħin kollu dwar dan il-proġett, għax dan qal li l-istudju dwar l-impatt ambjentali ta' proġett bħal dan jista' jsir fi ftit żmien. Briguglio qal li rapport bħal dan jieħu ħafna żmien biex jeżamina mhux biss l-emissjonijiet tal-powerstation, iżda wkoll kull impatt ieħor ambjentali. Hawnhekk, Briguglio tenna li minkejja li l-pjan li jkollok powerstation li taħdem bil-gass huwa xi ħaġa pożittiva, irid jiġi żgurat li dan il-gass ikun wieħed li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent.

Huwa appella biex il-Malta Labour Party jikkjarifika jekk hux se jagħmel użu minn gass magħruf bħala Shale Gas, kif ġie propost minn xi esponenti Laburisti. Dan it-tip ta' gass, qalet l-AD, hu fost l-aktar materjali li jagħmlu ħsara lill-ambjent. Iċ-Chairperson tal-AD stieden lil Muscat u lill-Malta Labour Party biex jippubblikaw l-istudji kollha li qed jgħidu li saru dwar dan il-proġett.

Mistoqsi dwar il-proġetti tal-interconnector u l-pipeline tal-gass, Michael Briguglio esprima l-approvazzjoni tiegħu għal dak li qed jagħmel il-Gvern prezenti u sejjaħ għal aktar investiment f'enerġija nadifa.

Minkejja dan, l-ikbar tħassib tal-AD jibqa' dwar kif se jorħsu l-kontijiet. Dan it-tħassib esprimieh ukoll uffiċjal ieħor tal-Alternattiva, is-Segretarju Internazzjonali Arnold Cassola, meta din il-ġimgħa kien mistieden fuq Bondi+, fuq l-istazzjon nazzjonali.

L-AD, fi stqarrija li ħarġet, tenniet li aspetti varji tal-pjan tal-Lejber jistgħu jkunu problematiċi, u l-pjan hu ambizzjuż u ottimist iżżejjed dwar il-prezz tal-gass u dwar it-timeframes stipulati.

Bookmark Print page Email page
''Il-pjan Laburista dwar il-prezz tal-gass ottimist iżżejjed'' - l-AD
Aktar aħbarijiet f'din il-kategorija
Eletti l-membri tal-eżekuttiv tal-PN
Illum hemm tmexxija ġdida fil-PN - Simon Busuttil
Qegħdin hawn biex nerġgħu niksbu r-rispett u l-fiduċja tan-nies - Mario de Marco
Eletti l-Viċi Kapijiet tal-PN
Mario de Marco u Beppe Fenech Adami eletti Viċi Kapijiet tal-PN
Punti ewlenin
23:46 Illum hemm tmexxija ġdida fil-PN - Simon Busuttil
23:28 Qegħdin hawn biex nerġgħu niksbu r-rispett u l-fiduċja tan-nies - Mario de Marco
07:42 Eletti l-membri tal-eżekuttiv tal-PN
21:16 Suldat Franċiż attakkat waqt ronda f'Pariġi
iktar aħbarijiet
07:42 Eletti l-membri tal-eżekuttiv tal-PN
23:46 Illum hemm tmexxija ġdida fil-PN - Simon Busuttil
23:28 Qegħdin hawn biex nerġgħu niksbu r-rispett u l-fiduċja tan-nies - Mario de Marco
22:49 Eletti l-Viċi Kapijiet tal-PN
21:16 Suldat Franċiż attakkat waqt ronda f'Pariġi
21:10 Mario de Marco u Beppe Fenech Adami eletti Viċi Kapijiet tal-PN
20:59 Mara ssofri ġrieħi gravi meta taqa' ġo bir
19:46 Tnaqqis fil-baġit għall-iskejjel
19:43 Siġġijiet itiru fl-Emerġenza
19:01 Nature Trust iddiżappuntata bil-MEPA
Editorjal

Gvern Laburista li mhux jitwemmen

Gvern Laburista li mhux jitwemmen
Opinjoni

Għalfejn taħseb li l-PN tilef l-elezzjoni? Iftaħ hawn biex tirrispondi.