MaltaRightNow.com
24 ta' Lulju, 2010
11:34 CET |
Għall-ewwel darba f'pajjiżna nhar it-Tlieta u l-Erbgħa saru żewġ kunċerti mil-Orkestra Barrokka tal-Unjoni Ewropeja, Orkestra magħrufa sew għall-professjonalita' tagħha madwar l-Ewropa kollha.
Din l-orkestra, li tat żewġ kunċerti bħala parti mill-Malta Arts Festival, ilha imwaqqfa mill-1985 u diġa tat kunċerti fi 52 pajjiż differenti. Dan apparti li għandha programm ippakjat ta' kunċerti sal-aħħar ta' din is-sena.
Kemm ilha mwaqqfa din l-orkestra kienet parti minn diversi kunċerti ta' prestiġju u diġa għamlet sensiela ta' tours. Fil-fatt bħalissa din l-Orkestra qegħda fuq tour u dawn iż-żewġ kunċerti li saru f'Kastilja huma parti minn dan it-tour li permezz tiegħu din l-Orkestra qed iddur diversi pajjiżi.
Il-Malta Arts Festival, li issa riesaq lejn tmiemu, kien jinkludi sensiela ta' attivitajiet kulturali mifruxin fuq xahar sħiħ. Dawn il-kunċerti mil-Orkestra Barrokka tal-UE tqiesu bħala l-qofol ta' dan il-festival artistiku u kulturali.
|