13 ta' Jannar, 2013
19:38 CET |
Qorti fil-Kajr aċċettat l-appell tal-eks President Eġizzjan Hosni Mubarak u tal-eks Ministru għall-Intern, Habib al-Adli, u issa dawn iridu jerġgħu jgħaddu ġuri dwar il-qtil tad-dimostranti waqt ir-rewwixta storika tal-2011.
L-eks President u al-Adli, f’Ġunju kienu kkundannati l-ħabs għal għomorhom, bil-qorti żżommhom responsabbli għad-dmija li seħħet meta l-qawwiet tas-sigurtà ippruvaw irażżnu l-irvellijiet li qaċċtu lill-gvern tal-istess Mubarak.
L-Imħallef Ahmed Ali Abdel Rahman intant ikkonferma li Mubarak irid jerġa’ jkun ipproċessat bil-qorti, fost il-ferħ tas-sostenituri tal-eks President.
Fl-istess ħin, il-ġuri l-ġdid se jibbaża fuq l-istess provi li tressqu waqt il-proċess preċedenti u ma għandha tinstama’ l-ebda xhieda ġdida.
|